Left arrow Mur Lura

ID-DEPORTAZZJONI TA’ CITTADINI MILL-ERITREA

PR856
Date Icon 22/05/2004

ID-DEPORTAZZJONI TA’ CITTADINI MILL-ERITREA

B’referenza ghar-rapporti li dehru f’xi gurnali dwar id-deportazzjoni ta’ cittadini mill-Eritrea sentejn ilu, fl-2002, il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern irid jippreciza dan li gej :

1. Il-mitejn u ghoxrin Eritrej gew deportati ghaliex ma kellhom l-ebda dritt ghal protezzjoni taht il-Ligi ta’ Malta . Il-maggoranza taghhom qatt ma talbu ghal status ta’ refugjat, minkejja li gie spjegat lilhom li ghandhom id-dritt jaghmlu hekk. Ghal dan l-iskop kien zarhom il-Kummissarju tar-Refugjati. Ohrajn kellhom it-talba taghhom ghal status ta’ refugjat rifjutata darbtejn, darba mill-Kummissarju tar-Refugjati wara li gew intervistati fit-tul u darb’ohra mit-Tribunal ta’ l-Appell dwar ir-Refugjati.

2. Ir-ritorn lura lejn l-Eritrea sar wara li anki l-Kummissarju Gholi ghar-Refugjati tal-Gnus Maghquda (UNHCR) kien iddikjara li refugjati barra l-Eritrea setghu jirrintornaw lura lejn pajjizhom, salv li min irid, kellu d-dritt japplika ghal status ta’ refugjat jekk kienu japplikaw ghalih cirkostanzi partikolari. Eluf ta’ refugjati irritornaw lejn l-Eritrea. Dawk li kienu deportati minn Malta ma kienux refugjati izda immigranti illegali.

3. L-UNHCR fl-2002 giet infurmata li ser jigu deportati persuni minn Malta lejn l-Eritrea u fl-ebda hin il-Gvern Malti ma ircieva xi oggezzjoni jew ilment mill-istess UNHCR.

4. Sentejn ilu il-Gvern Malti ma kellu ebda informazzjoni li r-ritorn ta’ l-Eritrej kien ta’ periklu ghalihom.

5. Il-fatt li anki illum l-allegazzjonijiet lill-Amnesty International dwar trattament hazin gej minn grupp zghir (erbgha minn 220) jikkonferma kemm kien korrett il-gudizzju tal-Gvern Malti dak inhar. Piloti ta’ l-Air Malta li wasslu lid-deportati u nizlu l-Ajruport ta’ Asmara , ikkonfermaw li d-deportati thallew jghaddu mic-channels normali u uhud minnhom sabu lil tal-familja jistennewhom.

6. Qed jigi allegat li xi whud mid-deportati kienu mfittxija talli harbu mill-lieva militari, reat krinminali f’diversi pajjizi anki demokratici. Il-Gvern Malti ma jindahalx f’ligijiet kriminali ta’ pajjizi ohra.

7. Dwar l-allegazzjonijiet ta’ trattament hazin li qed isiru, apparti l-fatt li dawn jibqghu biss allegazjonijiet, ma kien  hemm ebda mod kif dawn – anki jekk veru – setghu jigu previsti u hu ghalhekk ingust li llum xi hadd jipponta sebghu lejn dan il-Ministeru, anki jekk dawn l-allegazzjonijiet jigu prruvati. Il-fatt li l-maggoranza stravaganti tad-deportati m’ghamlux dawn l-allegazzjonijiet, jikkonferma kemm id-decizjoni tal-Gvern dak inhar kienet gustifikata.  

8. Dwar cittadini Eritrej prezentament f’Malta, il-kazijiet taghhom ma jigux decizi mill-Gvern izda minn persuna indipendenti, jigifieri mill-Kummissarju ghar-Refugjati, is-Sur Charles Buttigieg, li fih il-Gvern ghandu fiducja shiha. Ta’ min ifakkar li qabel ma saret il-Ligi tar-Refugajti, is-sur Buttigieg kien ukoll jaghmel l-intervisti lir-refugjati f’isem l-UNHCR.

Il-Gvern Malti ma ghandu xejn minn xhiex jisthi dwar il-kwistjoni tar-refugjati. Kien dan il-Gvern li ghamel Ligi dwar ir-Refugjati, tahom drittijiet li qabel ma kienux jezistu, u waqqaf organi lokali biex jgharblu l-applikazzjonijiet bi dritt ta’ appell. B’rizultat ta’ dan Malta hija l-pajjiz bl-oghla rata fl-Ewropa ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet ghal status ta’ refugjat jew protezzjoni umanitarja.

Dan gara biss taht il-Gvern prezenti. Haddiehor meta kien fil-Gvern irrifjuta bl-iswed fuq l-abjad li jaghmel Ligi tar-Refugjati.

DOI  22.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow