Left arrow Go Back

RISPOSTA GĦAL DAK LI QAL IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-FAĊILITA’ TEMPORANJA GĦALL-ĦAŻNA TA’ L-ISKART F’TA’ ŻWEJRA

PR853
Date Icon 21/05/2004

RISPOSTA GĦAL DAK LI QAL IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-FAĊILITA’ TEMPORANJA GĦALL-ĦAŻNA TA’ L-ISKART F’TA’ ŻWEJRA


Il-faċilitá temporanja fejn qed jiġi maħżun l-iskart f’Ta’ Żwejra tikkonforma mad-direttiva mahruġa mill-Unjoni Ewropea dwar il-landfills.

Id-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-landfills tippermetti speċifikament li jinhażen skart ghall-perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin sakemm dan jiġi rkuprat jew trattat. Il-faċilita’ temporanja f’Ta’ Żwejra ma rrikjeditx permess ta’ żvilupp ghax tinsab fil-konfini tal-miżbla l-antika tal-Maghtab. Ix-xogħol kollu sar b’konsultazzjoni sħiħa mal-MEPA u l-proċess sabiex tinħareġ liċenzja ambjentali sar skond il-proċeduri meħtieġa. Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma jistax jippretendi li hu ‘l fuq mill-istituzzjonijiet nazzjonali, f’dan il-każ il-MEPA. Il-miżuri ta’ prekawzjoni sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali ttieħdu kollha u l-liċenzja ambjentali inħarġet qabel il-faċilita’ bdiet topera fl-1 ta’ Mejju.

L-allegazzjonijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dwar din il-faċilita’ temporanja mhux ser jaljenaw lill-poplu mill-fatt li l-Gvern żamm il-wegħda tiegħu u fl-1 ta’ Mejju li għadda għalaq il-miżbliet tal-Magħtab u tal-Qortin f’Għawdex. Dan minbarra li ta bidu għall-proċess biex dawn iż-żewġ miżbliet, kif ukoll il-miżbla ta’ Wied Fulija jkunu riabilitati.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent jirrimarka li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, wara li għamel xhur sħaħ jgħid li l-Gvern ma kienx ser jagħlaq dawn il-miżbliet, issa qed jara kif idawwar il-fatti għal skopijiet ta’ kredibilita’. Dan hu Gvern li bis-serjeta’ għaddej bi pjan biex il-problema ta’ l-iskart f’pajjiżna tkun solvuta darba għal dejjem, mhux bid-diskors fl-ajru imma bil-fatti.

Il-problema tal-Magħtab ma tissolviex billi wieħed imur idur bil-helicopter fuq il-post. Kien l-istess Kap ta’ l-Oppożizzjoni li sa’ ftit ġimgħat ilu kien għadu jinsisti li m’għandhiex tingħalaq il-miżbla l-antika tal-Magħtab. Dwar dan saħansitra wasal biex kiteb lil żewġ Kummissarji ta’ l-Unjoni Ewropea biex jipproponilhom is-sospensjoni ta’ l-egħluq tal-miżbla tal-Magħtab.

Ta’ min ifakkar li l-faċilita’ temporanja għall-ħażna ta’ l-iskart f’Ta’ Żwejra ser tkun biss soluzzjoni tranżitorja, sakemm l-engineered landfill permanenti jew faċilitá oħra temporanja għall-ħażna ta’ l-iskart ikunu lesti u dan wara li jitlesta r-rapport li abbażi tiegħu trid tittieħed id-deċiżjoni finali dwar soluzzjoni permanenti.

Dan il-Gvern kellu jirrikorri għal din il-miżura għax jagħraf il-ħtieġa li anke l-Gvern stess jissottometti ruħu għall-proċess ta’ l-ippjanar. Dan hu l-oppost ta’ dak li kien jgħid il-Partit ta’ l-Oppożizzjoni qabel l-aħħar elezzjoni li meta jkun fil-Gvern, il-proġetti li jaqbel magħhom hu ma jgħaddihomx mill-proċess ta’ l-ippjanar. 


DOI 21.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow