Left arrow Mur Lura

ZJARA TAL-MINISTRU JOHN DALLI F’WASHINGTON, L-ISTATI UNITI

PR850
Date Icon 21/05/2004


Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni ta’ l-Investiment, l-Onorevoli John Dalli mexxa delegazzjoni fl-Istati Uniti bejn id-dsatax u l-ghoxrin ta’ Mejju 2004.

Il-Ministru Dalli kellu laqghat ma’ diversi personalitajiet politici.

Il-punt principali taz-zjara kienet laqgha bejn il-Ministru John Dalli u s-Segretarju ta’ l-Istat Colin Powell. Din kienet l-ewwel laqgha li qatt saret bejn Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti, u s-Segretarju ta’ l-Istat Amerikan.

F’din il-laqgha gew diskussi diversi temi internazzjonali u regjonali fosthom, id-dimensjoni politika u ekonomika ta’ Malta kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-Mediterran wara d-dhul fl-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fil-Lvant Nofsani u kif jista’ jitmexxa ’l quddiem il-process tal-paci, l-izviluppi godda li qed isehhu fil-Mediterran, il-kontroll fuq il-proliferazzjoni ta’ l-armi u l-glieda kontra t-terrorizmu.

Fuq il-livell bilaterali z-zewg nahat iddiskutew kif tista’ tissahhah aktar il-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi kemm fil-qasam politiku kif ukoll f’dak ekonomiku.

Filwaqt li s-Segretarju ta’ l-Istat Colin Powell ferah lil Malta ghad-dhul taghha fl-Unjoni Ewropea, il-Ministru Dalli fisser kif il-pozizzjoni gdida ta’ Malta taghtiha vuci importanti fl-Ewropa flimkien ma’ responsabilitajiet godda. Is-Segretarju ta’ l-Istat Amerikan ikkummenta illi l-fatt tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jaghtiha profil aktar importanti fir-relazzjonijiet taghha ma l-Istati Uniti. Hu irringrazzja lill-Gvern Malti ghall-koperazzjoni shiha li jaghti fl-attività internazjonali biex tissahhah is-sigurtà fir-regjun tal-Mediterran. Il-Ministru Dalli nsista li Malta taghmel dak kollu mehtieg biex tirrenja l-paci fir-regjun, u dan billi taghmel l-isforzi taghha kontra kull forma ta’ terrorizmu u billi theggeg id-djalogu bejn kulhadd.

Il-Ministru Dalli fisser kif Malta zammet hbiberija shiha mal-pajjizi kollha, hi fdata minn kulhadd u hi kkunsidrata bhala pajjiz li hu oggettiv fil-kwistjonijiet kollha li jinqalghu. Minhabba hekk Malta tista’ tippartecipa bis-shih fl-zvilupp u fl-implimentazjoni ta’ soluzjonijiet fir-regjun.

Il-Ministru Dalli fisser ukoll kif Malta tista’ tospita investiment Amerikan f’Malta li jkun indirizzat kemm lejn l-Ewropa kif ukoll lejn l-Afrika ta’ Fuq. Malta tista’ tkun bazi logistika efficjenti ghall-investiment fil-Mediterran.u toffri kull ghajnuna sabiex dan isehh b’mod organizzat u effikaci.

Il-laqgha, li kienet kordjali hafna, damet erbghin minuta. Fi tmiem il-laqgha, il-Ministru Dalli stieden lis-Segretarju ta’ l-Istat Colin Powell sabiex jaghmel zjara f' Malta.

Id-delegazzjoni Maltija ltaqghet ukoll mas-Senaturi Repubblikani John Sununu membru fil-Kumitat ta’ l-Affarijiet Barranin tas-Senat Amerikan, kif ukoll ma’ Chuck Grassley li huwa il-President tal-Kumitat tal-Finanzi tas-Senat Amerikan.

Id-diskussjoni ccentrat madwar kwistjonijiet internazzjonali u regjonali, il-kooperazjoni ekonomika bejn iz-zewg pajjizi u t-thaffif tan-negozjar mill-gdid tat-trattat bilaterali dwar it-tnehhija tat-taxxa doppja. li kien gie abrogat xi snin ilu mill-Gvern ta’ l-Istati Uniti. Il-Ministru Dalli sostna li dan ghandhu jservi ta’ bazi fiskali ghall-investiment prospettiv Amerikan.

Il-Ministru ltaqa’ wkoll mas-Sur Stephen Hadley li hu l-Assistent Konsulent tal-President George W. Bush fuq is-Sikurezza Nazzjonali. Is-Sur Hadley esprima s-sodisfazzjon kbir tieghu ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u kompla jghid li ma jezisti ebda konflitt transatlantiku bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti. Id-diskussjoni kompliet ukoll fuq is-sitwazzjoni serja fil-Lvant Nofsani u l-prospetti tal-process ta’ paci.

Il-Ministru Dalli kien akkumpanjat mis-Sur John Lowell, Ambaxxatur ta’ Malta ghall-Istati Uniti, mis-Sur Mario Costa, Direttur tar-Relazjonijiet Bilaterali, mis-Sur Frank Zammit, Assistent Segretarju Privat tal-Ministeru u minn Dr. Marco Pace, First Secretary fl-Ambaxxat f’Washington.


DOI 21.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow