Left arrow Mur Lura

DIMENSJONI INTERNAZZJONALI FI SKOLA F’GĦAWDEX

PR845
Date Icon 21/05/2004

DIMENSJONI INTERNAZZJONALI FI SKOLA F’GĦAWDEX


Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono saħqet fuq l-importanza li l-istudenti Maltin u Għawdxin jippartecipaw fi proġetti ta’ dimensjoni internazzjonali sa minn ckunithom u jitgħallmu jiftħu l-orizzonti tagħhom filwaqt li jitbiegħdu mill-insularita’ li ħafna drabi nsibu ruħna fiha, anke kawża tan-natura ġeografika tagħna.

Hija qalet dan meta żaret l-iskola primarja San Franġisk f’Victoria, li bħalissa qed tippartecipa fi proġett flimkien ma’ l-Italja, Spanja u l-Polonja, bit-tema ‘Camminando per l’Europa’ li qed isir b’fondi ta’ Socrates-Comenius. Il-proġett jinkludi xogħol maħdum mill-istudenti ta’ l-iskejjel ta’ l-erba’ pajjiżi partecipanti, marbuta mal-festi tradizzjonali tal-Milied u l-Għid, li huma festi komuni għall-erba’ pajjiżi, kif ukoll ma’ żewġ festi oħra tradizzjonali għall-pajjiżi ndividwali. L-iskola f’Għawdex għażlet li tesplora l-ideat ta’ l-istudenti dwar il-festa popolari tal-Karnival u l-Imnarja.

Il-Ministru għal Għawdex iltaqgħet ma’ l-għalliema u l-istaff ta’ din l-iskola li bħalissa qiegħda tospita għalliema mit-tlett pajjiżi l-oħra, filwaqt li żaret l-esibizzjoni ta’ xogħlijiet li ħejjew l-istudenti Għawdxin. L-istudenti ta’ l-iskola ħejjew ukoll attivita’ ta’ l-okkażjoni li kienet tinkludi kant u żfin tipiku tal-pajjiżi partecipanti.

L-Onor Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva meħuda minn din l-iskola li qed tippartecipa f’dan it-tieni proġett tagħha b’fondi mill-programm Socrates-Comenius.

DOI - 21.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow