Left arrow Mur Lura

IL-HIDMA TAL-MINISTERU GHAL GHAWDEX BIEX JINGIEBU FONDI EWROPEJ GHALL-PROGETTI UTLI F’GHAWDEX

PR844
Date Icon 21/05/2004

IL-HIDMA TAL-MINISTERU GHAL GHAWDEX BIEX JINGIEBU FONDI EWROPEJ GHALL-PROGETTI UTLI F’GHAWDEX  

Il-Ministeru għal Għawdex jicħad kategorikament li Għawdex tilef xi fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea jew fondi oħra minn sorsi barranin, kawża ta’ inefficjenza, inkompetenza jew dewmien ta’ l-istess Ministeru.  

Għall-kuntrarju, huwa b’riżultat ta’ efficjenza u insistenza tal-Ministeru għal Għawdex li fin-negozjati ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea, Għawdex irnexxielu jakkwista pakkett uniku. Minbarra l-vantaġġi li Għawdex ser jigwadanja bħala parti mill-gżejjer Maltin, Għawdex ġie meqjus bħala Priorita’ għalih fid-Dokument Uniku ta’ Programmar – eccezzjoni li jgawdi Għawdex, fejn fondi ġew specifikament allokati fuq bażi ġeografika.  

Dan kollu jfisser li l-ħila u l-kompetenza tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Gvern Malti fir-rigward ta’ Għawdex, jirriżultaw f’investiment min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea ta’

      ·        8.6 miljun Ewro mill-Fondi Strutturali, u 
·        2.8 miljun Ewro mill-Fond ta’ Koeżjoni

għall-perijodu finanzjarju 2004-2006, kif ukoll eliġibilita’ għal diversi skemi u miżuri ta’ sostenn għall-gżejjer Maltin.  

Mhux hekk biss, iżda bl-istess ħila, kompetenza u insistenza u bl-għajnuna sħiħa tal-Gvern, il-Ministeru għal Għawdex irnexxielu jikseb għal Għawdex, l-istatus ta’ reġjun (NUTS III) li permezz tiegħu, Għawdex ikun jista’ jkompli jibbenefika minn fondi Ewropej.  

Il-Ministeru għal Għawdex irnexxielu wkoll jikseb għal Għawdex Dikjarazzjoni fit-Trattat ta’ Sħubija. B’din id-Dikjarazzjoni l-Gvern Malti żamm id-dritt li qabel kull perijodu ta’ programmazzjoni ta’ kif jitqassmu l-Fondi Strutturali Ewropej, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex jara x'inhi l-qagħda ekonomika u socjali tal-gżira reġjun ta’ Għawdex. Jekk minn din l-analiżi jirriżulta li, l-livell ta’ żvilupp ta’ Għawdex ikun għadu lura minn dak ta’ Malta jew dak ta’ l-Ewropea, il-Kummissjoni tieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex tgħin lil Għawdex jilħaq il-livell ta’ żvilupp meħtieġ.  

Ta’ min jgħid ukoll li l-Ministeru għal Għawdex kien minn ta’ quddiem nett fost il-gżejjer u reġjoni oħra Ewropej fil-kampanja b’saħħitha li għamlu, u li qed ikomplu jagħmlu biex gżejjer u reġjuni oħra Ewropej, li huma wkoll ibatu minn żvantaġġi ġeografici, jingħatawlhom aktar riżorsi biex ipattu għall-iżvantaġġi naturali u permanenti li għandhom. Kien bis-saħħa ta’ din il-kampanja li l-Kummissjoni Ewropea qed taqbel u tipproponi li iktar riżorsi jingħataw lill-gżejjer u r-reġjuni żvantaġġjati l-oħra u li l-Unjoni Ewropea tgħolli l-allokazzjoni ta’ fondi biex tgħinhom jilħqu l-għan ewlieni ta’ l-Unjoni Ewropea stess, ta’ “Kompetizzjoni u Xogħol”.  

Il-Ministeru għal Għawdex wettaq dan kollu fis-skiet u b’serjeta’.  

Il-proġetti li ser isiru f’Għawdex permezz ta’ ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2004-2006 jinkludu:

      ·        modernizzar ta’ toroq, 
·        konverżjoni ta’ facilitajiet tac-Centru ta’ l-Istudji Turistici f’Għawdex u twaqqif ta’  
Training Hotel,
 ·       estensjoni tac-Centru ta’ l-Arti u l-Artiġġjanat t’Għawdex u twaqqif ta’ Centru 
         għall-Iżvilupp tas-Snajja’, 
·        modernizzar tal-Mużew ta’ l-Arkeoloġija, 
·        twaqqif ta’ Decompression Chamber,
         flimkien ma’ diversi skemi u programmi ta’ taħriġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani 
         f’Għawdex.  

Dan, flimkien ma’ investiment fil-qasam agrikolu, permezz ta’ fondi mill-Protokoll Taljan; kif ukoll it-twaqqif ta’ l-impjant għat-trattament tad-Drenaġġ f’Għawdex, li hu l-uniku proġett infrastrutturali fil-gżejjer Maltin li qed isir b’fondi tal-Pre-Adeżjoni.  

Dawn il-proġetti huma possibbli biss għaliex il-Gvern Malti, permezz tal-Ministeru għal Għawdex ħadem b’mod mill-iktar efficjenti sabiex il-gżira tkun ippreparata għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u tibda tibbenefika mill-progress li ġġib magħha s-sħubija fl-iqsar żmien possibbli.

DOI - 21.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow