Left arrow Go Back

INĊENTIVI BIEX IKTAR NIES IŻŻUR GĦAWDEX TA’ SPISS

PR835
Date Icon 20/05/2004

INĊENTIVI BIEX IKTAR NIES IŻŻUR GĦAWDEX TA’ SPISS

Kif kien mħabbar aktar kmieni, llum ġew mħabbra inizjattivi li għandhom jinċentivaw lil iktar nies jużaw il-Gozo Channel u jżuru lil Għawdex. Konxji mill-fatt li Għawdex jiddependi fuq l-attività ekonomika ġenerata mit-turiżmu intern , ċioè miż-żjarat tal-Maltin, il-Ministru Austin Gatt fisser li dawn l-inċentivi huma immirati biex aktar nies iżżur Għawdex aktar spiss. 

“Għall-ewwel darba qed nuru apprezzament reali tal-fatt li l-akbar kontributur lill-ekonomija Għawdxija hu l-vjaġġatur Malti u rridu ninċentivawh.” kompla l-Ministru Gatt.  

L-ewwel inizjattiva mħabbra hija immirata lil min imur Għawdex spiss. Fl-istess waqt li dawn l-inizjattivi jaġevolaw lil min għandu qraba Għawdex u jitla’ jarhom spiss, lil min għandu propjetà f’Għawdex, u ma jostakolawx l-attività ekonomika għandha tħajjar lill-iktar nies biex imorru Għawdex iktar spiss.  

Permezz ta’ din l-inizjattiva (Frequent Traveller Scheme);

·     Min jitla’ tminn darbiet fi tlett xhur ser isib li ż-żidiet li ser jibdew fl-1 ta’ Ġunju fin-nollijiet m’humiex ser jaffettwawh. (Il-prezz ser jibqgħalu l-istess).  

·     Min jitla’ aktar spiss minn hekk il-biljett ser jorħoslu aktar mill-prezzijiet ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju.  

·     Min jitla’ Għawdex imqar darba fil-ġimgħa (dawk li għandhom weekend home) ser jibdew iħallsu daqs li kieku kienu Għawdxin!  

·     Ma baqax skop li Maltin bi propjetà f’Għawdex jaqilbu l-ID Card fuq it-tieni propjetà biex jiffrankaw min-noll. Maltin li jmorru Għawdex kull ġimgħa ser jiġu trattati daqs li kieku kienu Għawdxin.

Inizjattiva oħra li tħabbret hija l-GOZO BY NIGHT. Din l-inzjattiva hija maħsuba biex taġeovola t-Turiżmu Domestiku. Permezz ta’ din l-inizjattiva min imur Għawdex fil-għaxija (bejn is-7pm u l-4am) jivjaġġa għal Lm4 għall-passiġġieri kollha ta’ karozza waħda. (Eż. Karozza, xufier, 3 passiġġieri = Lm4, minflok Lm12 skont ta’ 66%.  

Dawn l-inċentivi ser jgħinu biex Għawdex issir attrazzjoni turistika ta’ fil-għaxija u li permezz tagħha tibenefika l-ekonomija Għawdxija.

Fil-konferenza ta’ l-aħbarijiet il-Ministru Gatt irrijafferma l-fatt li għall-ewwel darba il-Gvern qiegħed jissussidja direttament l-ivjaġġar ta’ l-Għawdxin bejn Malta u Għawdew. Dan is-sussidju jammonta għal miljun u nofs lira.  Il-Ministru Gatt fakkar li qabel it-tnaqqis fin-noll kien jitħallas mill-Gozo Channel li biex tagħmel hekk kellha jew topera f’vapuri tar-raċanċ jew taħdem bit-telf.  

Apparti l-miljun u nofs lira Maltin li qed imorru direttament lejn l-Għawdxin, il-Gvern qed jiffinanzja il-vapuri (Lm4.1m fis-sena) u qed niffinanzjaw il-mollijiet (Lm750,000 fis-sena). 

Il-Ministru Austin Gatt spjega li mhuwiex minnu li n-nollijiet qed jogħlew biex jitħallsu l-ineffiċjenzi! In-nollijiet li tħabbru aktar kmieni nħadmu wara sforz estensiv biex jinqatgħu l-ispejjeż. Dawn kienu jinkludu liberalizzazzjoni ta’ Sa Maison; t-tnaqqis fl-ispiża ta’ l-operat (Lm417,000 fis-sena); u ri-organizzazzjoni ta’ l-iskeda (Lm117,000 fis-sena)

Austin Gatt spjega li bejn l-1998 u l-2004 in-nollijiet M’GĦOLEW QATT! M’hux talli hekk, talli l-aħħar ċaqlieq (1998) KIEN TRAĦĦIS! Huwa sostna li wara l-eżerċizzju ta’ tnaqqis  fl-ispiża tal-Gozo Channel saret ż-żieda mħabbra fuq in-nollijiet, żieda li f’ċerti każi tqassmet fuq tlett snin. Fl-aħħar tat-tlett snin, l-Għawdxin ser ikunu qed iħallsu fl-2007 kemm kienu ser iħallsu tul dawn l-għaxar snin kieku nżammu n-nollijiet ta’ l-1997.  

Il-Ministru Gatt reġa’ tenna l-impenn politiku tal-Gvern għal Għawdex. 

Gozo Channel Traffic Promotional Forum:

“Biex ikun sforz kollettiv għal promozzjoni tat-turiżmu intern, twaqqaf forum li huwa mmexxi mill-Ministeru tiegħi; u jinkludi lill-Ministeru għal Għawdex; lill-Gozo Business Chamber; lill-Gozo Tourism Association; lill-Malta Tourism Authority u lill-Gozo Channel Company Ltd.”

Austin Gatt spjega li dan il-forum twaqqaf biex flimkien “inwelldu ideat għal inizjattivi promozzjonali biex nattiraw aktar viżitaturi fi żminijiet u ħinijiet fejn jista’ jkollna aktar attività.” Mhux biss iżda permezz ta’ dan il-forum naraw kif  jitjieb is-servizz tal-Gozo Channel u  naħdmu biex nattiraw setturi partikolari jitħajru jivjaġġaw aktar bejn iż-żewġ gżejjer. Għan ieħor ta’ dan il-forum huwa li naraw li l-pubbliċità differenti li qed issir minn entitajiet differenti tkun aktar komplementari u għalhekk aktar effettiva.

Il-forum iltaqa’ l-ewwel darba din il-ġimgħa u ddiskuta t-terms of reference tiegħu. Il-Gozo Channel Traffic Promotional Forum ser jiltaqa’ regolarment bl-inkarigu li joħroġ bi TLETT RAKKOMANDAZZJONIJIET KULL SENA. L-inizjattivi jridu jkunu vijabbli finanzjarjament u jkunu meħudin b’tali mod li wieħed ikun jista’ jkejjel hux qed jirnexxu jew le (bħall-iskemi li qed inħabbru llum).Il-Ministru Gatt ħabbar ukoll li parti mill-profitti tal-Gozo Channel (10% tal-Profitt nett) ser jerġħu jinġu investiti f’dawn l-inizjattivi. Dan juri l-impenn tal-Gvern li mill-profitti tal-Gozo Channel naħdmu biex nattiraw aktar Maltin lejn Għawdex.  

Waqt il-konferenza ta’ l-aħbarijiet il-Minstru Gatt irrejaġixxa għal kritika li saret. Dwar il-kumment li t-tariffi l-ġodda setgħu żieda fl-ispiża fuq il-kummerċ filwaqt li l-kritika setgħet kienet raġjonevoli s’issa għal min ma stenniex l-iskemi li tħabbru llum, il-verità hi li bil-Frequent Traveller Schemes qed INNAQQSU l-ispiża fuq il-kummerċ. Dwar il-kritika li saret li t-tariffi ser ikollhom impatt fuq l-impjiegi fis-settur turistiku, bl-inizjattivi tal-lum, il-Gvern jemmen li “ser nistimulaw AKTAR attività turistika.”  Dwar il-kritika li saret minn naħa tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni li saret orħos issiefer milli tmur Għawdex, il-Ministru Gatt fisser li l-orħos vjaġġ (KM) Malta-Stansted Malta jiswa Lm46 return plus Lm35 taxxa: Lm80 għal persuna waħda u meta wasalt m’għandekx karozza miegħek kif għandek meta tasal b’Lm6.25 fil-gżira Għawdxija. Il-Ministru Gatt kompla li l-kritika li saret mill-Onor. Anton Refalo li din iż-żieda hija impossibbli għall-Għawdxin, il-Ministru Gatt spjega li fi 17-il sena (1987 sa 2004), in-noll għall-passiġġieri Għawdxin żdied b’1ċ2 kull sena! (20ċ fuq 17-il sena).  F’19-il sena (1987 sa 2006), in-noll għall-karozzi ta’ l-Għawdxin ikun żdied b’7ċ9 kull sena! (Lm1.50 fuq 19-il sena)  

Austin Gatt kompla li l-Gvern għandu r-responsabbiltà politika u amministrattiva għal dak li jiġri fil-Gozo Channel u din ir-responsabbiltà nerfgħuha b’wiċċna minn quddiem. Kuntrarjament għal meta l-Onor. Anton Refalo kien Segretarju Parlamentari għal Għawdex, u t-tariffi splodew ’il fuq f’sentejn.  

Tariffs pr0835 a.jpeg
Tariffs pr0835 b.jpeg
T
ariffs pr0835 c.jpeg

DOI  20.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow