Left arrow Mur Lura

JINGĦATA WIĊĊ ĠDID TA’ TARMAK LIL TRIQ IX-XATT FIL-GŻIRA

PR833
Date Icon 20/05/2004

JINGĦATA WIĊĊ ĠDID TA’ TARMAK LIL TRIQ IX-XATT FIL-GŻIRA

Il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett dal-għodu żar Triq ix-Xatt fil-Gżira, fejn bħal issa għaddej xogħol biex jingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak.  

Ix-xogħol li jinvolvi l-għoti ta’ binding layer u wearing course fuq sezzjoni ta’ madwar mitejn metru minn din it-triq tqabbad mill-Awtorità. Dwar it-Trasport ta’ Malta. Din il-parti ta’ Triq ix-Xatt kienet iddeterjorat wara l-maltempata tal-15 ta’ Settembru tas-sena l-oħra. Ix-xogħol beda nhar it-Tlieta u mistenni jitlesta għada. Parti oħra ta’ din it-triq lejn Tas-Sliema ser tingħata fil-ġimgħat li ġejjin.  

Il-Ministru Mugliett qal li interventi bħal dawn ser jibdew isiru aktar spissi f’toroq arterjali.  

“Bosta toroq ma jkollhomx bżonn jinqalgħu mill-qiegħ, iżda jkollhom bżonn biss il-bdil tal-wiċċ tagħhom. Dan it-tip ta’ xogħol ma jqumx ħafna iżda jtejjeb il-kwalità tat-triq b’mod sostanzjali. Għalhekk bdejna inħejju programm ta’ xogħlijiet bħal dawn biex jikkumplimentaw ix-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni ta’ toroq arterjali bħal dawk li ser isiru bil-flus ta’ Protokoll Finanzjarju Taljan. Bi ħsiebna nagħtu attenzjoni partikolari lil dawk it-toroq li jaraw volumi kbar ta’ traffiku u dawk li jintużaw mill-vetturi li jġorru t-turisti,” qal il-Ministru Mugliett.  

Il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq żied jgħid li l-Awtorità Dwar it-Trasport qed tibdel il-modus operandi tagħha f’dik li hija manutenzjoni tal-uċuħ tat-toroq arterjali. Hu spjega li l-prattika li jsir patching f’toroq li jaraw volum kbir ta’ traffiku qed tingħata l-ġenb biex minn flok jinqala l-wiċċ kollu tas-sezzjoni tat-triq li tkun iddeterjorat, u wara jitqiegħed wiċċ ġdid. Hu żied jgħid li għalkemm dan il-proċess iqum iktar, ir-riżultat aħħari huwa bil-bosta aħjar u aktar dejjiemi.

Hu semma wkoll li l-ADT qed iddaħħal ukoll aktar serjetà fil-mod kif isir xogħol ta’ dan it-tip.  

“L-Awtorità għamlet tibdil radikali fit-tħejjija ta’ qabel ma jibdew xogħolijiet bħal dawn. Minbarra pjanijiet għall-imaġġjar tat-traffiku waqt li tkun magħluqa t-triq, qed navżaw lis-sewwieqa dwar ix-xogħol li qed isir, kemm mistenni jdum u speċjalment x’toroq alternattivi għandu juża,” qal il-Ministru Mugliett.       

Hu żied jgħid li l-ADT qed teżerċita wkoll id-dmir tagħha li ddaħħal id-dixxiplina fost il-kuntratturi li jibnu t-toroq.  

“Fil-każ ta’ Triq ix-Xatt, l-Awtorità ser tieħu passi legali kontra l-kuntrattur involut talli dan ma obdiex id-direttivi li tat lilu sabiex jtella’ sinjali biex it-traffiku li s-soltu jgħaddi minn din it-triq jiddawwar minn toroq alternattivi. Ir-riżultat ta’ din in-negliġenza min-naħa tal-kuntrattur nhar it-Tlieta issarfet f’kaos fit-toroq tal-madwar.

“Il-kuntrattur għalhekk ser jinżamm accountable għall-inkonvenjent li ħoloq lis-sewwieqa,” temm igħid il-Ministru Mugliett.  

DOI  20.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow