IL-PREZZ TAL-MEDIĊINI WARA T-TNAX TA’ ĠUNJU
Il-Ministeru tas-Saħħa l-Anzjani u Kura fil-Komunita, jirribatti bil-qawwa d-dikjarazzjoni bla ebda bazi li saret mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li il-mediċini se jogħlew wara l-elezzjonijiet tat-12 ta’ Ġunju.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni żgur li jaf li l-prezz tal-mediċini u mediċinali fis-swieq internazzjonali jogħla b’medja ta’ 12 fil-mija ma’ kull sena li tgħaddi. Dan tixdhu l-ispiża tal-gvern fil-mediċini u l-mediċinali li l-poplu jirċievi bla ħlas, li fl-aħħar 8 snin din l-istess spiża irduppjat minn tmien miljuni għal sbatax –il miljun lira.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita ma jistax jifhem kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed jorbot il-prezz tal-mediċini ma’ l-elezzjonijiet tat-12 ta’ Ġunju.
Il-Ministeru filwaqt li jerġa jafferma li ma ddaħlet ebda taxxa ġdida fuq il-mediċini, ifakkar li l-ftehim li l-Gvern Malti għamel ma’ l-Unjoni Ewropea jgħid ċar u tond li sa’ l-ewwel ta’ Jannar 2010 m’hu ser ikun hemm ebda taxxa tal-VAT fuq il-mediċini. X’jiġri wara dik id-data jkun jiddependi minn jekk sa dak iż-żmien ikunx hemm pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea eżenti minn din it-taxxa.
DOI 19.05.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en