SKEMA TA’ TAHRIG GHALL-IMPJEGATI TAD-DIPARTIMENT TAX-XOGHLIJIET
SKEMA TA’ TAHRIG GHALL-IMPJEGATI TAD-DIPARTIMENT TAX-XOGHLIJIET
Wara s-success li kiseb permezz ta’ tnedija ta’ serje ta’ programmi ta’ tahrig f’diversi oqsma, fejn qed jippartecipaw mijiet ta’ operaturi mill-industrija tal-bini, il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qabbad lill-Kunsill Konsultativ ghall-Industrija tal-Bini (BICC) sabiex ihejji diversi programmi ta’ tahrig fil-qasam ta’ snajja’ relatati mal-kostruzzjoni, bil-ghan li haddiema mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici jippartecipaw u jithargu fl-istess snajja’.
Dan habbru l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit waqt laqgha ta’ introduzzjoni mal-haddiema li ser jippartecipaw f’dawn il-programmi. L-inizjattiva tikkonsisti f’numru ta’ korsijiet bil-ghan li l-haddiema tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet ikollhom l-opportunita’ jkomplu jitharrgu u jsahhu l-hiliet personali taghhom.
Il-haddiema tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet se jippartecipaw f’diversi programmi fosthom: tahrig fil-bini tal-hitan tas-sejjieh, tahrig fir-restawr tal-gebla Maltija, tahrig fl-qasam ta’ tikhil, kisi u tqeghid ta’ madum (tal-bankini), programmi fil-qasam tal-kostruzzjoni tat-toroq, kif ukoll korsijiet li jhejju l-applikanti biex jiksbu l-licenzja tal-bini. Il-BICC qed joffri wkoll l-opportunita’ li dawn il-haddiema jiksbu is-safety card, li giet introdotta bl-iskop li l-haddiema jitharrgu fil-qasam tas-Sahha u Sigurta` fuq il-post tax-xoghol u jzommu ‘l boghod mill-perikli eventwali fuq il-lantijiet tax-xoghol.
Ghal din l-ewwel skema, id-dipartiment qed jassenja 205 haddiem f’diversi skali bl-iskop li fil-futur qarib, id-dipartiment jiffinalizza r-riorganizzazzjoni li bdiet billi jitkompla l-process ta’ identifikazzjoni tal-kapacitajiet tar-rizorsi umani. Dan ghandu jservi sabiex id-Dipatiment tax-Xoghlijiet jorjenta ruhu ghar-realtajiet u zminijiet godda li ghandna quddiemna.
Il-Ministru Ninu Zammit, qal li n-numru ta’ partecipanti hu xhieda ta’ interess qawwi fost il-haddiema tad-dipartiment. Il-Perit Zammit tenna li l-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura se jibqa’ impenjat li jinvesti fil-haddiema tieghu billi jaghtihom kull opportunita` possibbli li jkomplu jitharrgu. Ghaldaqstant huwa sahaq dwar l-importanza tat-tahrig u dwar id-dmir ta’ min ihaddem li jinvesti fil-haddiema tieghu, dmir li minnu nnifsu jwassal ghall-provvista ta’ haddiema ittrenjati u mharrga li jkunu kapaci jilqghu ghall-isfidi u realtajiet godda li qed jiffacja pajjizna.
Il-Ministru Zammit habbar li permezz tal-BICC qed jithejjew programmi ohra ta’ tahrig. Dawn jinkludu programmi fil-livell ta’ middle management flimkien ma’ l-Universita` ta’ Malta, kif ukoll programmi fir-restawr tal-bini b’enfasi fuq l-arkitettura Barokka.
Waqt it-tnedija ta’ dawn il-programmi, tkellem ukoll ic-Chairman tal-BICC, il-Perit Robert Musumeci, fejn minn naha tieghu fahhar l-impenn tal-Ministru Ninu Zammit li qed jimpenja ruhu b’tant serjeta’ sabiex il-haddiema tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet ikomplu jitharrgu. Huwa stieden esponenti ohra ta’ din l-industrija biex isegwu dan il-pass li joffru tahrig lill-haddiema taghhom, filwaqt li tenna li fis-snin li gejjin, il-BICC ser tkompli tahdem fit-twettieq ta’ aktar programmi ta’ tahrig.
Il-Perit Musumeci irrimarka li fi zmien qasir ser jigu ppublikati numru ta’ pubblikazzjonijiet intizi li jikkumplimentaw dawn il-korsijiet ta’ tahrig. Dawn jinkludu dokument tekniku fis-sengha tal-bini u dokument tekniku dwar il-bini tal hitan tas-sejjieh. Ic-Chairman tal-BICC rringrazzja lill-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastuttura, ghall-fiducja u l-appogg konsistenti tieghu lejn il-BICC, kif ukoll lill-entitajiet kollha li qed jikkollaboraw mill-qrib mal-BICC fit-twettieq ta’ dawn il-programmi.
DOI – 19.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en