Left arrow Mur Lura

REVIŻJONI TAL-MATSEC: TNEDIJA TAL-PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI MAL-PUBBLIKU

PR829
Date Icon 19/05/2004

REVIŻJONI TAL-MATSEC: TNEDIJA TAL-PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI MAL-PUBBLIKU


Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nieda l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku tar-reviżjoni tal-MATSEC. Ir-reviżjoni tikkonsisti f’evalwazzjoni tas-sistema tal-MATSEC li jinkludi l-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola. Il-membri tal-grupp responsabbli għal din ir-reviżjoni huma Dr. Grace Grima, is-Sur Raymond Camilleri, l-Prof. Saviour Chircop u l-Prof. Frank Ventura. Dan il-grupp qed juza diversi metodi ta’ kif jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Għal dan l-iskop illum ġie mniedi sit fuq l-internet biex il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jagħti l-kummenti huwa wkoll dwar is-sistema eżistenti tal-MATSEC u kif din tista’ titjib.

Il-Ministru Galea stieden lil dawk kollha li huma interessati jagħmlu xi kummenti biex iżuru u jużaw is-sit tar-Reviżjoni tal-MATSEC:http://www.cct.um.edu.mt/matsecreview.

Il-Ministru qal li kummenti fuq is-sistema operattiva ta’ l-eżamijiet, l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà, il-kwalità u l-oġġettiv tas-sistema edukattiva kollha ser jiġu kkunsidrati.

Dr. Grace Grima, il-koordinatriċi tal-Grupp tar-Reviżjoni tal-MATSEC spjegat kif l-individwi għandhom l-opportunità li jiktbu l-kummenti tagħhom fl-ispazju provdut fis-sit stess jew inkella jistgħu ukoll iniżżlu kopja tal-mistoqsijiet u jibagħtu r-risposti u l-kummenti bl-e-mail, fax jew bil-posta. L-e-mails iridu intbagħtu fuq matsecreview@cct.um.edu.mt. L-ittri u l-faxes (21345655) iridu jiġu ndirizzati lil MATSEC Review Group, c/o Centre for Communication Technology, University of Malta, Msida MSD 06. Għalkemm il-kummenti tal-pubbliku ser jinqraw kollha, m’huwiex possibbli li kulħadd jingħata risposta. L-identità ta’ min jibgħat xi kummenti mhix ser tkun żvelata fir-rapport finali.

Il-Ministru Galea qal li r-reviżjoni tal-MATSEC hu eżerċizzju importanti u hu ta’ importanza kbira li kulħadd ikollu ċ-ċans u l-opportunità li jsemma’ leħnu u l-opinjonijiet tiegħu biex titjieb is-sistema tal-MATSEC.

DOI – 19.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow