RAPPORT DWAR L-ISSUES LI QED JILTAQGĦU MAGĦHOM IN-NIES FIN-NEGOZJU
RAPPORT DWAR L-ISSUES LI QED JILTAQGĦU MAGĦHOM IN-NIES FIN-NEGOZJU
“Thejja rapport li juri x’tip ta’ issues ġew rapporti lill-iSmall Business and Crafts Directorate, u minn dawn l-‘issues’ li ġew rapportati, wieħed jieħu indikazzjoni ta’ x’tip ta’ problemi jiffaċċjaw in-negozji żgħar tagħna.
“Dan ir-rapport juri ukoll min kien il-kawża ta’ dawn il-problemi. L-entitajiet li kkawżaw dawn il-problemi jew ‘issues’ ilaħħqu mas-37 entita’ u jindika lill-Pulizija, it-Trade Licensing Unit (TLU), l-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT), Kunsilli Lokali, l-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), id-Dwana, l-Awtorita’ Maltija dwar it-Turizmu (MTA), Public Health, l-EneMalta, CCD, Food and Veterinary Services, Ministeru tas-Sahha, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma (W.S.C), Malta Crafts Council, Malta Enterprise, MRA u l-MRAE., bhala uhud mill-entitajiet li qed jikkawzaw il-problemi.”
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo ta’ din l-informazzjoni meta kien qed jagħmel zjarat fi hwienet fl-Imrieħel. “Dan ir-rapport jixhed kemm huwa effettiv dan id-Dipartiment li dmiru huwa li jżomm aġġornat dwar il-problemi li jeżistu għan-negozju. Dawn huma l-problemi li ltqajna magħhom meta nżuru s-sidien tal-ħwienet, inżuru industrji żgħar, niltaqgħu man-nies tan-negozju fil-Kunsilli Lokali. Dawn huma wkoll l-‘issues’li issa ser nara li tistab soluzzjoni dwarhom.”
Is-Segretarju Parlamentari kompla jishaq dwar il-ħtieġa li s-self-employed jitkellmu ma’ dan id-Dipartiment li huwa maghruf bhala: Small Business and Crafts Directorate. “Għandkom fejn tirrapportaw lil min mhux jaqdikom, għandkom ma’ min titkellmu, biex taraw li jitbiddlu l-proċeduri. Mhux ser nirnexxu f’kollox, iżda nistgħu nkomplu naraw li nagħmlu l-bidliet meħtieġa”.
Dwar il-konsultazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li “l-Unjoni Ewropea tat prijorita’ lill-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni. Is-sena li għaddiet kienet sena fejn dan id-Dipartiment żamm kuntatt regolari mas-self-employed u negozji żgħar, iżda rridu aktar informazzjoni. Irridu nsaħħu dan il-prinċipju ta’ konsultazzjoni.
Rigward x’ser isir minn dan ir-rapport, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li dan ir-rapport ser jinghata lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll ser ikun diskuss ma’ dik l-entita’ rispettiva u “b’hekk ser inkun ċert li jinstab rimedju għal kull problema. Hekk biss nistgħu nagħmlu l-ħajja inqas ikkomplikata għal min qiegħed fin-negozju, u hekk min qiegħed fin-negozju jkompli joħloq l-impjiegi f’dan il-pajjiż”.
L-Onor. Vassallo ta wkoll din l-istatistika:
EMPLOYMENT BY SIZE OF ENTERPRISE - SEPTEMBER 2003
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en