Left arrow Mur Lura

ZJARA LIL “LA MOSTRA IMPOSSIBILE” MILL-ONOR HELEN D’AMATO FLIMKIEN MA’ TLETIN RESIDENT F’SAN VINCENZ DE PAUL

PR816
Date Icon 18/05/2004

ZJARA LIL “LA MOSTRA IMPOSSIBILE” MILL-ONOR HELEN D’AMATO FLIMKIEN MA’ TLETIN RESIDENT F’SAN VINCENZ DE PAUL

Is-Segretarju Parlamentari  ghall-Anzjani u l-Kura fil-Kommunità, l-Onor Helen D’Amato appellat lill-anzjani kollha ta’ Malta u Ghawdex sabiex ikomplu jinvolvu ruhhom fl-attivitajiet kollha li jkunu organizzati, filwaqt illi qalet li hemm bzonn li l-anzjani kollha jkomplu jsahhu l-kapacitajiet taghhom u juru iktar spirtu ta’ attivita’ u partecipazzjoni.  L-Onor. D’Amato ghamlet dan l-appell dal-ghodu waqt zjara li ghamlet ma’ tletin resident minn San Vincenz De Paul fil-Caraffa Stores fil-Birgu. Huma zaru “La Mostra Impossibile” li qed tittella’ bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Gunju.

Is-Segretarju Parlamentari kompliet tghid illi “L-anzjani huma protagonisti u jiffurmaw parti integrali mis-socjetà Maltija – socjetà inkluziva.”

Din l-esibizzjoni, li qieghda tigi organizzata mir-RAI, tikkonsisti fi 68 riproduzzjoni digitali ta’ l-istess daqs ta’ l-original,u tinkludi l-Qtugh ir-Ras ta’ San Gwann. “La Mostra Impossibile” ngiebet Malta b’kollaborazzjoni ma’ l-Caravaggio Foundation u l-Ministeru tat-Turizmu u l-Kultura.

Waqt din iz-zjara, li giet organizzata mill-awtoritajiet tar-Residenza San Vincenz b’kollaborazzjoni mal-Caravaggio Foundation u l-Ministeru tat-Turizmu u l-Kultura, is-Sur Antoine Camilleri, artist veteran u wiehed mill-aktar artisti stabbiliti f’Malta, ta informazzjoni lill-anzjani dwar ix-xoghlijiet u l-hajja ta’ Caravaggio.

L-Onor. D’Amato waqt li fahhret inizjattiva bhal din qalet li huwa ferm importanti li l-anzjani jibqghu attivi fis-socjetà.

Hija qalet li “l-anzjani, huma parti integrali mis-socjetà Maltija tant li jirraprezentaw 18.4% tal-popolazzjoni. Huma ghandhom ikomplu jipparteċipaw u jieħdu parti attiva f'attivitajiet organizzati, biex b'hekk ihossuhom integrati fis-soċjetà. 

DOI  - 18.05.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow