RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA TAL-UĦM DWAR TRASFERIMENT TA’ INFERMIER MILL-ISPTAR SAN LUQA GĦALL-ISPTAR MONTE CARMELI
RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA TAL-UĦM DWAR TRASFERIMENT TA’ INFERMIER MILL-ISPTAR SAN LUQA GĦALL-ISPTAR MONTE CARMELI
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tagħti l-fatti dwar ċaqlieq ta’ infermier minn San Luqa għall-isptar Monte Carmeli
Fi Frar 2004, kien sar ftehim bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-unions, inkluża l-UĦM, li permezz tiegħu, kellu jiżdied in-numru ta’ ‘nurses’ u ‘nursing aides’ li jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli. Dan kellu jsir billi jiġu trasferiti numru ta’ ‘nurses’ u ‘nursing aides’ minn sptarijiet u sezzjonijiet oħra, bħal ma huma l-isptar San Luqa u Ċentri tas-Saħħa.
Minn meta ntlaħaq dan il-ftehim sal-lum, ġew transferiti madwar hdax–il persuna. Dan sar skond kif ġie miftiehem mal-UĦM. Għal dawn it-trasferimenti, l-union qatt ma oġġezzjonat ħlief għall-persuna li ġiet transferita dan l-aħħar, lejn il-Psychiatric Unit.
Il-persuna li ġiet trasferita lejn il-Psychiatric Unit, għandha il-grad ta’ enrolled nurse, u qed tieħu l-post ta’ ‘enrolled nurse’ ieħor li kien jaħdem f’din il-‘unit’ u rtira mix-xogħol malli għalaq il-wieħed u sittin sena.
Il-UĦM deherilha li hemmhekk kellu jiġi trasferit wieħed mill-membri tagħha li għandu diploma fil-psikjatrija. Din il-persuna, qegħda taħdem fil-mixed admission ward li hi aktar akuta mill-Psychiatric Unit. Il-management ta’ l-isptar insista li jkun aktar ta’ ġid għall-pazjenti jekk nurse kwalifikata fil-psikjatrija, taħdem ma’ pazjenti li l-aktar għandhom bżonn għajnuna psikjatrika u mhux f’ward fejn il-pazjenti għandhom problemi psikjatriċi ferm anqas akuti.
Il-UĦM ma qablitx ma’ din il-pożizzjoni tal-management, u tat direttivi biex il-membru tagħha jiċċaqlaq minn fejn kien u jmur fis-Psychiatric Ward. Barra minnhekk il-UĦM tat ukoll direttiva lill-membru taghha biex jaqbad u jibdel ir-roster tieghu! Saru diversi laqgħat bejn il-management u l-UĦM iżda dawn ma wasslu mkien għax il-UĦM baqghet iżżomm il-pożizzjoni tagħha.
Hija prerogattiva tal-management u mhux tal-union li jiddeċiedi dwar it-trasferimenti ta’ ħaddiema, liema trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz. Il-management ħass li b’dan l-aġir il-UĦM kienet qed tabbuża mill-pożizzjoni tagħha u għalhekk ordna li tittieħed azzjoni kontra dan il-membru tal-UHM skond kif tippermetti l-ligi. B’hekk il-management assigura ruħu li l-pazjent jingħata l-aħjar servizz skond kif jippermettu r-riżorsi eżistenti fl-isptar.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tqies l-agir tal-UHM f’dan il-kaz bhala indħil fl-awtonomija ta’ l-isptar, li l-istess union qed tixli biha lid-Diviżjoni u lill-Ministeru.
DOI - 17.5.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en