Left arrow Mur Lura

IL-FOTOGRAFIJA TGĦINNA NIŻVILUPPAW L-IDENTITA’ TAGĦNA

PR801
Date Icon 15/05/2004

Siltiet minn diskors li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech għamel meta inawgura id-39 Wirja Annwali u Kompetizzjoni tal-Fotografija 2004 organizzata mis-Soċjeta’ Fotografika Maltija  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-kultura kienet kamp vast li  jinkludi wkoll l-fotografija li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed issir importanti sew għat-teknika li qed tintuża kif ukoll għall-mod immedjat kif ikunu żviluppati r-ritratti u anke minħabba l-valur dejjem jikber tal-fotografija fl-oqsma industrjali u turistiċi.  

Francis Zammit Dimech qal li f’Malta l-fotografija kellha għeruq fondi għaliex daħlet f’pajjiżna mill-bidunett ta’ din l-invenzjoni, baqgħet tikber maż-żminijiet u nżammet aġġornata sew f’dik li hi teknika kif ukoll fit-tagħmir li jintuża. Hu qal li f’Malta kien hawn fotografi professjonali ta’ l-ogħla livell li jħabbtuha ma’ dawk barra pajjiżna.  

Francis Zammit Dimech fakkar  li l-Malta Photographic Society twieldet aktar minn 40 sena ilu fil-kuruduri tal-priorat ta’ Santu Wistin fil-belt Valletta minn fejn fl-1966 marret għall-post li għandha llum fi Triq l-Ifran il-Belt. Hu qal li s-Soċjeta’ kibret fl-istatura tagħha meta fl-1983 issieħbet fl-International Federation of Photographic Art – il-FIAP.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Malta Photographic Society kienet importanti kemm għat-turiżmu kif ukoll għall-kultura. Hu qal li

  • Kull sena s-Soċjeta’ Fotografika Maltija tikkolabora bis-sħiħ ma’ l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu biex tittella’ wirja fotografika b’tema turistika biex jitfakkar  il-Jum Dinji tat-Turiżmu;
  • Kull sena s-Soċjeta’ Fotografika Maltija torganizza kompetizzjoni bit-tema “Il-wirt kulturali ta’ pajjiżna”.

Francis Zammit Dimech qal li l-kontribut tas-Soċjeta’ Fotografika Maltija ma jieqafx b’dawn iż-żewġ avvenimenti annwali. Hu qal li fix-xogħol tiegħu l-fotografu Malti hu intrinsikament marbut kemm mas-settur turistiku kif ukoll mas-settur kulturali minħabba l-attivitajiet kontinwi organizzati minndawn iż-żewġ setturi u li jagħtu lok lill-fotografu biex jesprimi t-talenti tiegħu.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-fotografu Malti pproduċa xogħlijiet li jistgħu verament jitqiesu bħala artistiċi. Hu fakkar fid-diversi kotba mimlija ritratti professjonali li kienu prodotti fl-aħħar snin fejn spikka  l-kobor tal-wirt storiku u kulturali Malti.  

Francis Zammit Dimech qal li ried irodd ħajr lis-Soċjeta Fotografika Maltija għall-ħidma tagħha b’risq is-settur turistiku u s-settur kulturali. Hu qal li jemmen li l-fotografija setgħet tkompli tgħolli isem pajjiżna u tgħinna nkomplu  niżviluppaw l-identita’ tagħna.  

DOI – 15.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow