SPORTS DAY GHALL-ANZJANI
L-ghan ta’ din l-attività hu li l-anzjani jzommu ruhhom attivi, ihossu li huma kapaci u li ghad hemm post ghalihom fis-Socjetà, f’oqsma differenti anke fejn jirrigwarda l-isports.
Wara li qassmet medalji lill-anzjani rebbieha, l-Onor. D’Amato tkellmet dwar l-importanza ta’ l-attività fizika u sahqet li dan ghandu jkun process kontinwu u mhux ristrett ghal xi gurnata partikolari. L-ezercizzju, huwa ta’ beneficcju ghal kulhadd. Hija qalet li “l-ezercizzju regolari jghin sabiex imbeghdu l-mard, il-piz zejjed u l-konsegwenzi kollha li dawn igibu maghhom. Fil-kaz ta’ l-anzjani nistghu nghidu li hemm vantagg iehor – l-ezercizzju jghin sabiex izzommu l-mobilità taghhom u ghalhekk ikollkom kwalità ta’ hajja ahjar .”
Hija hegget lill-anzjani sabiex jsegwu l-parir ta’ l-esperti li jzuruhom u jkellmuhom minnzmien ghal zmien fic-Centri ta’ Matul il-Jum u fuq kollox biex jimpenjaw ruhhom fi programm ta’ ezercizzju adattat ghal kapacitajiet u ghall-bzonnijiet individwali taghhom.
L-Onor D’Amato qalet ukoll li attività bhal din tal-lum hija sinifikanti “ghaliex biha nuru li l-anzjani taghna qed imexxu bl-ezempju”.
Hija rreferiet ghal kampanja “Caqlaq ghall-Sahtek” li giet imnedija jumejn ilu. Din il-kampanja hija abbinata mal-kampanja internazzjonali bl-istess tema mnedija mill-Ghaqda Dinjija ghas-Sahha (WHO). Hi qalet li ghalkemm din is-sena huma z-zghazagh ic-centru ta’ l-attenzjoni ta’ din il-kampanja, m’hemmx dubju li l-iskop finali huwa li nheggu lil kulhadd - kbar u zghar - li jippartecipaw.
DOI – 12.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en