Left arrow Go Back

IL-MINISTRU NINU ZAMMIT IZUR XOGHOL TA’ RESTAWR FIL-KOLLEGJATA TA’ SAN PAWL FIR-RABAT

PR771
Date Icon 12/05/2004

IL-MINISTRU NINU ZAMMIT IZUR XOGHOL TA’ RESTAWR FIL-KOLLEGJATA TA’ SAN PAWL FIR-RABAT

Is-Sezzjoni ta’ Restawr fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura ghaddejja b’diversi xoghlijiet fosthom xoghol estensiv fuq il-Kolleggjata ta’ San Pawl fir-Rabat li hija binja tipika tal-Barokk tas-seklu sbatax.  

Meta zar ix-xoghol, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit, tkellem fuq il-htiega li l-wirt storiku li ghandu pajjizna jigi kkonservat u l-ghan ewlieni ta’ din is-sezzjoni hu li bini storku jinghata d-dehra li tixraqlu.  

Hu spjega li x-xoghol li qed isir f’dan il-bini jinkludi applikazzjoni ta’ certi biocida sabiex jitnaddfu gebel minn depositi superficjali, qed titnehha kompletament il-kisja bis-siment li kienet saret fil-passat, tindif ta’ l-arkata li sar b’mod manwali u bdil ta’ certu gebel li maz-zmien gie deterjorat.  

Il-Ministru Zammit kompla jghid illi l-interventi fuq bini ta’ din ix-xorta jirrekjedu sengha kbira u ghaldaqstant kull xoghol li jsir minn din is-sezzjoni jigi mplimentat wara li jkun studjat bir-reqqa l-istat tal-bini u jsir rapport dettaljat ta’ l-interventi necessarji. L-istess sar fuq din il-Kollegjata li l-istudju kkonkluda li l-akbar hsara li giet ikkagunata kienet minhabba interventi li saru fil-passat permezz ta’ kisi bis-siment, liema kisi kien ta’ dannu kbir ghall-gebla peress li ghalqilha l-pori u ghalhekk ikkawza umdita’ kbira li ssarfet fi hsara ghall-gebla. In-nefqa totali ta’ dan il-progett, li ser jintemm fl-ahhar ta’ Mejju hi stmata li se tlahhaq s-Lm7,000.  

Il-Perit Zammit elenka lista twila ta’ xoghlijiet li qed twettaq u li se jigu mplimentati matul din is-sena mis-Sezzjoni tar-Restawr fosthom fil-Furjana, fil-Belt, iz-Zurrieq u fil-Kottonera, u ghadhom kif temmew progetti f’San Gwann, fiz-Zurrieq, u fil-Belt. Restawr iehor li ser jinbeda fil-granet u xhur li gejjin jinkludi xoghol fuq l-Akwadotti, bi shab ma’ erba’ Kunsilli Lokali , il -Kappella ta’ Santa Marija ta’ Cwerra fis-Siggiewi, kif ukoll progetti ohra f’Hal-Lija, il-Furjana u Pembroke. Dan ix-xoghol kollu qed isir minn haddiema tat-Taqsima tar-Restawr, b’nefqa totali li tlahhaq madwar Lm96,000.

Hu rrefera wkoll ghar-riorganizazzjoni li qed issir fid-Divizjoni tax-Xoghlijiet li din is-sezzjoni hija parti minnha. Din ir-riorganizzazzjoni, li tinsab fl-ahhar stadju, se twassal sabiex id-divizjoni tara x’tip ta’ xoghol se tkun qed twettaq u tharreg il-haddiema skond is-sengha. Ghaldaqstant kif thabbar fil-granet li ghaddew qed jitniedu korsijiet apposta kemm ghal pubbliku in generali kif ukoll ghall-haddiema tal-Ministeru sabiex il-haddiema jigu mharrga f’diversi snajja fosthom tar-restawr.  

Il-Ministru Zammit kompla billi qal li apparti t-tahrig tal-haddiema l-Ministeru ghaddej ukoll b’hidma sabiex id-Dipartimenti u s-Sezzjonijiet jigu attrezzati b’makkinarju u ngenji relatati max-xoghol li jwettqu. Ghal dan il-ghan is-sezzjoni tar-restawr se tinvesti f’zewg platforms moderni, li l-ispiza taghhom hi ta’ madwar Lm20,000, sabiex xoghol mas-swar li qabel kien isir bl-iscaffolding ikun jista’ jsir b’dawn l-imsemmija platforms.  Ma’ dawn ukoll inxtraw sitt vannijiet godda u qed jithejjew id-dokumenti necessarji sabiex jinxtraw seba’ vannijiet ohra, crane u xi ingenji ta’ l-iskavar.  

Dan kollu qed isir, tenna l-Ministru Ninu Zammit, sabiex ix-xoghol li jsir mill-haddiema fi hdan il-Ministeru jkun fuq l-istess livell u standards stabbiliti filwaqt li tithares is-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Hu temm jghid li l-ezercizzju li ghaddej bhalissa qed iservi fi tnaqqis tal-hela u l-ispiza tal-gvern filwaqt li l-flus qed jigu nvestiti b’mod aktar bil-ghaqal u l-efficjenza fix-xoghol tizdied.

DOI – 12.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow