Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U INVESTIMENT U L-HP IHABBRU ALLEANZA STRATEGIKA VERTIKALI BIEX JIZVILUPPAW AKTAR SOCJETA` U EKONOMIJA MALTIJA TA’ L-INFORMAZZJONI

PR764
Date Icon 11/05/2004

Wara sitt xhur ta’ diskussjonijiet intensi, l-HP qablet li tappoggja lill-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u Investiment (MITI) fl-implimentar ta’ strategija ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) ghal titjib tas-socjeta` ta’ l-informazzjoni u ghall-holqien ta’ attivita` ghan-negozji f’Malta bbazata fuq l-ICT.

Il-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Dr Austin Gatt, u d-Direttur Manigerjali u Vici President tal-Customer Solutions Group, HP International Sales Europe, Francois Bornibus, il-lum habbru li ffinalizzaw tahdidiet fuq abbozz ta’ Memorandum of Understanding(MoU).

Il-Memorandum huwa l-bazi ta’ "alleanza strategika vertikali" bejn l-imsiehba, li tohloq kollaborazzjoni teknologika ghal perjodu inizjali ta’ tlett snin bil-ghan li jikkopera mal-Gvern ta’ Malta fil-missjoni tieghu li f’Malta jikseb l-aqwa socjeta` u ekonomija bbazata fuq l-informazzjoni. L-ghan strategiku primarju ta’ dan il-Memorandum huwa l-appogg ta’ l-HP lejn il-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment (MITI), fil-holqien ta’ strategija tat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), fit-titjib tas-socjeta` ta’ l-informazzjoni u fil-holqien ta’ attivita` ghan-negozji ta’ l-ICT f’Malta.

"Napprezzaw hafna li l-Ministeru ghat-Teknologika ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment ghazel l-HP bhala msieheb strategiku biex jappoggja l-ghanijiet ta’ l-eGovernment ta’ Malta. Bil-koperazzjoni taghna ma’ gvernijiet madwar id-dinja biex titkattar is-socjeta` ta’ l-informazzjoni, li hija bbazata fuq l-impenn reciproku, djalogu miftuh, innovazzjoni ekonomika ma’ mudelli ta’ fondi pubblici u privati, u soluzzjonijiet reali, noholqu esperjenza vasta lejn is-shubija. Nahdmu wkoll bi shih biex nilhqu l-ghanijiet stabbilit mill-Gvern," qal Francois Bornibus, Direttur Manigerjali u Vici President, Customer Solutions Group (CSG), HP International Sales Europe, li tappoggja mijiet ta’ pajjizi fl-Ewropa Centrali, t’Isfel u ta’ Lvant, Lvant Nofsani u l-Afrika.

Bi shab biex intejjbu l-istrategija ta’ eGovernment tal-Gvern Malti

Il-Gvern Malti ghandu vizjoni u strategija cara biex ikattar socjeta` ta’ l-informazzjoni f’Malta. Din is-shubija tirrifletti wahda mill-aktar strategiji importanti tal-Gvern Malti biex jinvolvi msiehba qawwija u ta’ fama internazzjonali halli jespandi, jirreplika u jtejjeb il-programm Malti ta’ l-e-Government. B’hekk ukoll, is-success tieghu jservi bhala mudell internazzjonali. Il-progress ghall-implimentar tal-programm ta’ l-e-Government ta’ Malta, dan l-ahhar, inghata gharfien fir-Rapport eEurope+ Progress.

HP se jahdem bhala msieheb teknologiku strategiku ghall-Gvern Malti biex jestendi l-access ghat-teknologiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fir-regjun tal-Mediterran.

HP se tikkontribwixxi wkoll biex Malta ssir "prova hajja" tat-twettiq tal-vizjoni ta’ l-eEurope, li jkollha l-ahjar prattika tal-programm ta’ l-e-Government, u biex Malta tkun stabilita bhala mudell ta’ l-implimentazzjoni tat-teknologiji ta’ l-HP.

Peress li t-teknologiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni qeghdin isiru bazijiet fundamentali tas-socjeta` u l-ekonomija Maltija, l-HP hija lesta li tappoggja u tippartecipa fil-programmi u l-inizjattivi tas-socjeta` informattiva, li jiffukaw fuq it-tnehhija tas-separazzjoni digitali, zieda ta’ kuxjenza, access, rohs u edukazzjoni.

Barra minn hekk, HP hija lesta li tikkontribwixxi lejn l-inizjattiva tal-MITI biex ittejjeb l-industrija ta’ l-ICT u r-rizorsi umani Maltin fil-qasam ta’ l-ICT, billi tghinu fl-izvilupp u l-implimentar ta’ akkademja ta’ tahrig taht ir-responsabbilta` ta’ l-inizjattivi ta’ Centru Teknologiku ta’ l-Eccellenza imwaqqfa mill-MITI.

Il-Memorandum of Understanding mistenni li jkun iffirmat formalment bejn iz-zewg nahat fl-ewwel gimgha ta’ Gunju 2004. Sa sitt xhur wara, jkunu definiti d-dettalji specifici tal-Memorandum bejn il-MITI u t-taqsimiet differenti ta’ l-HP.

Meta kellem lill-gurnalisti, il-Ministru Austin Gatt qal li ‘alleanza vertikali strategika ma’ kumpannija globali bhal m’hi l-HP ser tghinna nispjegaw lid-dinja li Malta tassew ghandha potenzjal biex tkun ICT Centre of Excellence fost l-aqwa fid-dinja. Dan se jipprovdi tahrig u flessibilta’ ta’ rizorsi umani ghal kull htiega fl-industrija. Il-ftehim taghna ma’ l-HP jzid il-valur tar-rilevanza ta’ Malta fid-dinja ta’ l-ICT. Dan jaghmel minn pajjizna vetrina ta’ l-aqwa u l-oghla livelli teknologici.’

Il-Megabyte – Imsieheb Malti

Filwaqt li l-HP qed taghmel kummerc ma’ network estensiv ta’ msiehba, il-ftehim f’Malta jahseb ukoll ghall-koperazzjoni mill-qrib ma’ msieheb Malti, il-Megabyte Ltd, li ilu msieheb ma’ l-HP. Megabyte Ltd hija kumpannija stabbilita li tipprovdi servizzi ta’ teknologija ta’ l-informazzjoni li tipprovdi soluzzjonijiet ghall-kompjuter kemm ghas-settur privat kif ukoll ghal dak pubbliku. L-investiment kontinwu fir-rizorsi umani taghha iwassalha biex tkun f’qaghda li tohloq u toffri l-ahjar u l-aqwa soluzzjonijiet ta’ success.

HP hija kumpannija ewlenija tat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni fl-Ewropa, Lvant Nofsani u l-Afrika

Fl-Intercontinental Hotel – Malta, l-ezekuttivi ewlenin ta’ l-HP, li jirrapprezentaw il-Customer Solutions Group (CSG) – Francois Bornibus, l-Imaging and printing (IPG) – Herbert Koeck, u l-Personal Systems Group (PSG) – Antoine Maury, ta’ l-HP International Sales Europe, spjegaw il-pozizzjoni ewlenija ta’ l-HP, li hija l-aktar kumpannija li tinsab quddiem nett fil-qasam tat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni, u l-ewwel kumpannija fil-bejgh ta’ l-IT fl-Ewropa, kemm fis-settur pubbliku u f’dak ta’ l-intraprizi, fin-negozji zghar u medji u fis-settur tal-konsumatur.

Dwar l-HP

HP tipprovdi soluzzjonijiet teknologici lil konsumaturi, kumpanniji u istituzzjonijiet madwar id-dinja. Il-kumpannija toffri firxa ta’ prodotti li jkopru infrastruttura ta’ l-IT, personal computing u access devices, servizzi globali u imaging & printing. Fl-ahhar sena finanzjarja, id-dhul ta’ l-HP kien jammonta ghal $74.7 biljun. Aktar taghrif dwar l-HP jinkiseb minn www.hp.com


DOI – 11.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow