-ADDRESSING SPAM TOGETHER – DOKUMENT KONSULTATTIV DWAR IL-PROBLEMA TA’ L-ISPAMMING
Il-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment illum nieda Green Paper bit-tema: Addressing Spam Together. L-iskop ta’ dan id-dokument huwa biex jipprovdi l-bazi ghal diskussjoni li ghandha twassal biex jkollna l-legizlazzjoni necessarja kontra l-ispam.
Din il-Green Paper tnediet mill-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt waqt it-tielet sessjoni tan-National Information Society Advisory Council li nzammet illum f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi.
F’diskors li ghamel, il-Ministru Gatt spjega li llum l-ispam qed jikkawza numru ta’ problemi. Minbarra l-problemi ta’ natura teknika u problemi ta’ natura ekonomika, hemm ukoll theddida serja ghas-socjeta.
F’dan is-sens, kompla l-Ministru Gatt, illum numru ta’ nies li jkunu qed juzaw l-Internet ghall-skopijiet genwini jircievu emails mhux mitluba fejn jigu mhajra, mistiedna jew inkella ntrodotti lejn affarijiet li m’humiex necessarjament tajbin. Il-Ministru Gatt kompla li rridu nifhmu li l-impatt tat-teknologija tal-informazzjoni m’huwiex limitat biss ghal min jopera fis-settur, izda ghandu impatt ukoll fuq oqsma ohra tas-socjeta.
Propju ghalhekk il-Gvern ihoss li wasal iz-zmien li naggornaw il-legizlazzjoni taghna kontra dan il-fenomenu.
Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar l-Istrategija Nazzjonali li ghandha tigi mnedija fil-gimghat li gejjin. Austin Gatt spjega li din l-istrategija hija immirata li ma tkunx biss dokument ta’ principji, izda programm car u konkret ta’ inizjattivi specifici immirati lejn is-setturi kollha tas-socjeta. Il-Ministru Gatt esprima s-sodisfazzjon ghall-kummenti u s-suggerimenti li saru ghall-istrategija nazzjonali mill-maggoranza ta’ l-organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lis-socjeta Maltija. Madanakollu fisser li huwa importanti li wiehed jifhem li l-impatt tat-teknologija u l-uzu taghha m’huwiex limitat ghal min jopera fis-settur.
Il-Ministru Gatt stieden lil kull min hu interessat jaghti l-kummenti, suggerimenti u r-reazzjonijiet tieghu ghal din il-Green Paper biex jaghmel dan permezz ta’ email fuq l-indirizz nisco@gov.mt, sa nhar il-5 ta’ Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en