Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU ZAMMIT DIMECH JATTENDI LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-KULTURA FL-UE

PR758
Date Icon 11/05/2004

IL-MINISTRU ZAMMIT DIMECH JATTENDI LAQGĦA TAL-MINISTRI  TAL-KULTURA FL-UE

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech għadu kif attenda laqgħa li saret għall-Ministri tal-Kultura mill-għaxar pajjiżi ġodda fi ħdan l-Unjoni Ewropea li saret f’Berlin, il-Ġermanja, fuq stedina tal-Ministru Ġermaniża responsabbli mill-kultura, Dr Christina Weiss.  

Waqt li kien Berlin, il-Ministru Zammit Dimech ħa sehem f’forum pubbliku li fih ħadu sehem il-Ministri mill-pajjiżi li għadhom kif issieħbu fl-Unjoni Ewropea. Fl-intervent tiegħu Francis Zammit Dimech tkellem dwar kif Malta dejjem iddistingwiet ruħha b’attivita’ kulturali li tiġbor fiha elementi differenti. Hekk kien il-każ fi żmien il-Feniċi, u hekk reġa’ kien il-każ fi żmien il-Kavallieri ta’ Malta kif tixhed l-arkitettura Barokka li hemm f’pajjiżna u li tħaddan fiha elementi Ewropew kemm min-naħa ta’ fuq kif ukoll min-naħa t’isfel ta’ l-Ewropa. L-istess jista’ jingħad għall-ilsien Malti li jgħaqqad fih il-bażi Għarbija ma’ saffi Rumani u Inglizi.  

Francis Zammit Dimech osserva li la darba l-Unjoni Ewropea se ssir soċjeta’ ibbażata fuq l-għerf u t-tagħrif, se jkun hemm aktar skop għal ħidma kulturali madwar l-Ewropa kollha. Huwa kompla li qatt ma tista’ titkellem fuq kultura żejda u l-vera saħħa ta’ l-Ewropa tinstab fid-diversita’ ta’ kulturi li tħaddan go fiha u li trid tippromwovi.  

Francis Zammit Dimech tkellem ukoll dwar l-importanza f’Malta li t-turiżmu u l-kultura tqiegħdu fi ħdan Ministeru wieħed u kif Malta tista’ tuża l-kultura biex tattira aktar turisti lejha.  

Wara din id-diskussjoni pubbliku, il-Ministru tal-Kultura Ġermaniza organizzat kunċert f’Konzerthaus Berlin fejn ħadu sehem kantanti mill-għaxar pajjiżi l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, li akkompanjaw lill-Orkestra Filarmonika ta’ Berlin. Malta kienet rappreżentata mis-soprano Miriam Cauchi li nterpretat arji mill-opri ‘I Vespri Siciliani’ u ‘La Rondine’.  L-interpretazzjonijiet ta’ Miriam Cauchi ntlaqgħu b’applaws kbir minn udjenza ta’ aktar minn elf ruħ li nġabret għal din l-okkażjoni fl-aktar Sala prestiġjuza tal-Kunċerti ġewwa Berlin.

DOI - 11.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow