Left arrow Mur Lura

IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA ISSELLEM LILL-OMMIJIET KOLLHA TA’ MALTA U GĦAWDEX FL-OKKAŻJONI TA’ JUM L-OMM 2004

PR738
Date Icon 09/05/2004

IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA ISSELLEM LILL-OMMIJIET KOLLHA TA’ MALTA U GĦAWDEX FL-OKKAŻJONI TA’ JUM L-OMM 2004

Il-Kummissjoni Nazzjonali Familja issellem u tifraħ lill-ommijiet kollha f’Malta u Għawdex li, b'impenn kontinwu, qed jissieħbu fit-tkabbir u t-tisħih tal-familja fis-soċjetà tagħna.  

Il-Kummissjoni tixtieq li Jum l-Omm jiġi ċċelebrat minn kulħadd bil-preżenza u bl-attenzjoni tal-familja kollha, u mhux biss bir-rigali. Tajjeb ukoll li naħsbu f’ommna, sew jekk għadha magħna sew jekk le, f’aktar ġranet tas-sena, u mhux f’din il-ġurnata biss.  

Kull jum huwa jum l-Omm, bħalma huwa wkoll jum il-Missier. Faċli nehdew bir-rutina ta’ kuljum u ma napprezzawx biżżejjed ir-rikkezza ta’ min wassalna fid-dinja u tana trobbija. Is-soċjetà tagħna tibqa’ umana daqskemm nagħtu attenzjoni u nuru rispett lejn il-bnedmin ta’ madwarna u dawk viċin tagħna. U min jista’ jkun aktar viċin minn l-Omm ?  

Forsi f’dan il-jum huwa aktar addattat li niċċelebraw il-valur tal-Maternità.  Dan il-valur ma jistax u m’għandux jitqies b’kejl monetarju. Iżda ma nistgħux ma napprezzawx il-kontribut qawwi li tant ommijiet taw u qegħdin jagħtu fid-djar u f’ambjenti oħra tax-xogħol, sew bil-volontarjat sew bi qliegħ. Il-Kummissjoni tqis, iżda, li fis-soċjetà Maltija l-Omm għadha qed iġġorr piż aktar milli hu ġust ta’ xogħol fid-dar u barra mid-dar. L-ugwaljanza bejn il-ġenituri ilha li saret parti mill-liġi ċivili ta’ pajjiżna, iżda ta’ min jistaqsi jekk fil-prattika u fil-ħajja ta’ madwarna għadx hemm żbilanċ bejn dak li ġġorr l-omm u dak li jġorr il-missier.  L-omm u l-missier jista’ jkollhom rwoli differenti fiċ-ċirkostanzi partikolari li jkunu għaddejjin minnhom iżda f’kull kaz r-rwoli tagħhom huma komplimentari; rwoli fuq l-istess livell ta’ dinjita` bħal żewġ uċuh minn munita waħda.  

Xieraq li l-edukazzjoni f’dan il-qasam ma ssirx biss fl-iskejjel – għall-adulti ta’ għada – iżda jinstabu wkoll mezzi kif jiġu edukati l-adulti ta’ llum, għax għad hemm ħtieġa ta’ bidla fil-mentalità ta’ ħafna. Edukazzjoni f’dan is-sens tgħin biex tonqos it-tensjoni u s-sens ta’ ħtija li jsofru xi ommijiet, sew jekk jagħżlu li jaħdmu biss mal-familja sew jekk jistinkaw biex ilaħħqu ma’ xogħol ieħor.  Kull għażla ta’ dan it-tip trid tkun waħda meħuda b’mod konxju u liberu u mhux sfurzata mis-sieħeb/sieħba jew miċ-ċirkostanzi.  

L-imsieħba soċjali inkluż il-Knisja f’Malta għandhom ikabbru l-impenn biex ikomplu jitjiebu l-istrutturi li jsaħħu l-familja (fl-aktar sens wiesgha tal-kelma) u joffru għażla tassew ħielsa lil dawk il-ġenituri li jixtiequ jaħdmu t-tnejn barra mid-dar mingħajr ma jittraskuraw lilhom infushom, lil xulxin jew lill-uliedhom.   

Il-Kummissjoni terġa’ tistieden lil kulħadd biex jiċċelebra lill-Omm b’dan l-ispirtu.

DOI - 09.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow