Left arrow Mur Lura

DIKJARAZZJONI TA’ L-AWTORITÀ MALTIJA GHALL-ISTANDARDS DWAR APPARAT ILLI JIPPURIFIKA L-ARJA

PR729
Date Icon 07/05/2004


L-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards tinsab infurmata illi s-sidien ta’ diversi stabbilimenti, fosthom ir-ristoranti u l-pubs, ġew avviċinati minn xi importaturi ta’ apparat illi jippurifika l-arja bid-dikjarazzjoni illi l-apparat illi jimpurtaw huma jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-istess Awtorita’ dwar il-kwalita’ ta’ l-arja.

L-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards qegħda hawnhekk tiddikjara illi, s’ issa, il-Kumitat Tekniku li ġie mwaqqaf biex jistabbilixxi dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għadu ma kkonkludiex id-diskussjonijiet tiegħu u għalhekk għadhom ma ġew stabbiliti l-ebda speċifikazzjonijiet tekniċi.

Għal din ir-raġuni, kwalunkwe dikjarazzjoni illi l-apparat jissodisfa l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa jew approvati mill-MSA tkun bikrija ferm u kull dikjarazzjoni ta’ din ix-xorta hija nfondata.


DOI  07.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow