Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA, L-ONOR JESMOND MUGLIETT WAQT IT-TNEDIJA UFFIĊJALI TAL-MUŻEW NAZZJONALI TA` L-ISTORJA U L-LETTERATURA TA` L-LSIEN MALTI - BIRGU – 22.01.2004

PR71
Date Icon 23/01/2004

Il-wirt kulturali ma jikkonsistix biss minn oġġetti ta` l-arti u storja. Il-wirt huwa ukoll l-espressjoni ħajja ta’ poplu, liema espressjoni tista’ tevolvi permezz ta’ tradizzjoni jew riflessjoni. Il-wirt jeżisti f’diversi forom u llum nitkellmu fuq il-wirt tanġibbli – dak li tista’ tarah u tmissu b’idejk, u l-wirt intanġibbli – dak li m’għandux sura bħal-logħob u l-lingwa. 

Aħna nemmnu li l-aqwa espressjoni tal-kultura u l-wirt Malti huwa l-ilsien Malti innifsu; lsien li sawwar l-identita` u s-sens ta’ nazzjon tagħna, li ffaċilita l-espressjoni tagħna bħala poplu kif ukoll ta’ bosta individwi bħala artisti. 

Mhux komuni li poplu ta’ 400,000 ruħ ikollu lsien tiegħu. Aħna għandna.  

L-ilsien Malti għandu l-istorja tiegħu immarkata f’diversi ġrajjiet storiċi. Għandu storja moderna li llum qed tkompli tgħix mhux biss f’Malta biss iżda fil-kontinenti kollha fejn hemm jgħixu komunitajiet Maltin. Illum il-Malti kiseb ukoll rilevanza internazzjonali bħala waħda mil-lingwi uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.  

Qegħdin inniedu dan il-Mużew Nazzjonali ta` l-Istorja u l-Letteratura ta` l-Lsien Malti għax jidhrilna li dan l-element ewlieni ta’ xi jfisser li tkun ‘Malti’ jinħtieġlu reverenza, studju u żvilupp. Ovvjament m’aħniex nilludu ruħna li l-Mużew waħdu ser ikompli l-iżvilupp ta` l-ilsien tagħna. Nittamaw iżda li d-diversi proċessi li ser tispira l-liġi l-ġdida dwar l-ilsien Malti jgħinu mhux ftit biex naslu għal dan l-għan. 

·     Żgur li l- Mużew Nazzjonali ta` l-Istorja u l-Letteratura ta` l-Lsien Malti sejjer l-ewwel nett juri li aħna bħala poplu kburin bl-ilsien tagħna.

·     Irridu nuru li dan il-wirt qed nieħduh bis-serjeta u għalhekk irridu li dan il-mużew jiffaċilita` l-iżvilupp u d-dibattiti dwar lsienna permezz ta’ spazju li ser joffri għad-dibattiti litterarji.

·     Irridu noħolqu istituzzjoni li tħajjar qraba ta’ nies li ħadmu fl-ilsien Malti u l-letteratura tiegħu sabiex jagħmlu għotjiet ta’ oġġetti relatati mal-ħidma tagħhom.

·     Irridu noħolqu laboratorju li jsegwi l-iżvilupp tal-lingwa ’l bogħod mill-għeruq tagħha.  

Heritage Malta u l-Gvern mhux ser jidħlu għal dan il-proġett weħidhom. Hemm bosta sħab li ser jagħtu kontribut importanti biex dan il-mużew jibda jaqdi l-funzjonijiet li għadni kemm semmejt.  

Aħna m’aħniex esperti fl-ilsien Malti. Għalhekk qed inwaqqfu Kummissjoni biex tieħu ħsieb dan il-mużew u li ser tkun magħmula minn esperti f’dan il-qasam ġejjin minn sfondi differenti – l-universita’, libreriji u anke arkivji. B’dan il-pass qiegħedin inwessgħu il-kunċett kuratorjali.  

Sieħeb ieħor importanti f’dan il-mużew ser ikun il-Bank APS li ser jiffinanzja parti mill-proġett. Dan il-Bank diġa qed jagħmel xogħol siewi fil-qasam tal-wirt mużikali ta’ pajjiżna. 

Dan il-mużew qed jixhed ukoll l-impenn tal-Gvern fl-għoti ta’ ħajja kulturali ġdida lill-Kottonera. Il-ftuħ ta’ mużew dwar l-ilsien Malti propju fil-Birgu – wieħed mill-ewwel postijiet fejn għex il-bniedem f’Malta – ifisser għarfien għal din il-Belt bħala benniena ta` l-ilsien tagħna.   

Huwa tassew sinifikanti li dan il-Mużew qegħdin inneduh illum, propju ftit ġimgħat qabel Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.  

Dan għaliex m’aħniex inħarsu lejn ġejjieni fejn l-identita` tagħna sejra tintilef qalb bosta kulturi aktar b’saħħithom. Qegħdin inħarsu lejn ġejjieni kulturali fejn nistgħu inkomplu nsaħħu l-espressjoni, il-preżenza u l-identita` tagħna bħala Maltin. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow