Left arrow Mur Lura

WIRJA SPETTAKOLARI TA’ LOGĦOB TAN-NAR

PR705
Date Icon 05/05/2004

WIRJA SPETTAKOLARI TA’ LOGĦOB TAN-NAR

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li bhalma l-festi tal-ibliet u l-irħula tagħna jispiċċaw bil-logħob tan-nar, kien xieraq li l-festi li jfakkru s-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jintemmu ukoll b’wirja mill-aqwa ta’ logħob tan-nar imtella’ minn  21 fabbrika tan-nar f’Malta u Għawdex. Il-Ministru kien qed jitkellem meta nieda l-Festival tal-Loghob tan-Nar ta’ Malta ghal din is-sena. 

Francis Zammit Dimech qal li l-Malta Fireworks Festival daħlet fil-kalendarju ta’ attivitajiet li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu torganizza kull sena. Hu qal li dan il-festival kien fit-tielet sena tiegħu u kien wieħed mill-aktar popolari fost il-Maltin u t-turisti li jżuruna. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dan il-festival ta’ logħob tan-nar kien qed ikun organizzat f’forma ta’ festa.  

Is-Sibt il-festival jibda  b’salut ta’ logħob tan-nar, marċi minn baned tul ix-xatt u fuq luzzu, divertiment mużikali ‘live’ tul il-Cruise Liner Terminal u Xatt il-Barriera. Il-logħob tan-nar ikun akkumpanjat minn projezzjoni bil-laser u mużika, wara jkun hemm wirja minn ‘batterija bil-kulur’ minn fuq żewġ braken differenti u giġġifogu f’Xatt il-Barriera. 

Il-programm tal-Ħadd jibda b’marċi minn  żewġ baned tul Xatt il-Barriera u l-Cruise Liner Passenger Terminal, purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna ta’ Liesse li qed issir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Knisja Ta’ Liesse, logħob tan-nar ta’ matul il-jum, wirja ta’ ‘water jet’ minn Tug Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, marċi minn fuq luzzu, diveriment mużikali ‘live’ tul il-Cruise Liner Terminal u Xatt il-Barriera, logħob tan-nar mekkaniku f’Xatt il-Barriera, logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika, wirja ta’  logħob tan-nar akkompanjata mill-mużika u projezzjoni bil-laser, ‘batterija tal-kulur’ tradizzjonali u fireworks waterfalls u final spettakulari ta’ logħob tan-nar minn inħawi differenti tal-Port il-Kbir. 

Francis Zammit Dimech qal li għal dan il-festival uniku li jsir kull sena qed isiru arranġamenti speċjali għat-trasport li jinkludi trasport bid-dgħajsa mix-Xatt ta’ l-Isla u l-Birgu għax-Xatt ta’ Lascaris, trasport bil-baħar bil-laneċ bejn tas-Sliema u l-belt Valletta, trasport speċjali minn Għawdex permezz tal-Gozo Channel Co u trasport pubbliku bil-karrozzi tal-linja għal-lokalitajiet kollha sas-01.00 ta’ filgħodu. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li tul dawn il-jumejn tal-festival, il-fabbriki tan-nar li bejniethom jtellgħu din il-wirja jagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi wirja mill-aqwa ta’ logħob tan-nar ta’ kull tip, logħob tan-nar li jħalli lid-dilettanti kollha li jkunu qed isegwuh  togħma ta’ dak li jkunu qed jistennew fil-festi tal-lokalitajiet tagħhom. 

Francis Zammit Dimech irringrazzja lil kull min ta sehmu biex din il-wirja tirnexxi, mod speċjali lil Product Planning & Development Directorate ta’ l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u lill-Assoċjazzjoni Piroteknika ta’ Malta.

DOI - 05.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow