Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ, L-ONOR. JESMOND MUGLIETT WAQT IT-TĦABBIR TAD-DIŻINN REBBIEH GĦALL-IŻVIPUPP TA’ HERITAGE PARK

PR687
Date Icon 03/05/2004

DISKORS MILL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP URBAN U TOROQ, L-ONOR. JESMOND MUGLIETT WAQT IT-TĦABBIR TAD-DIŻINN REBBIEH GĦALL-IŻVIPUPP TA’ HERITAGE PARK 

Il-fatt li sena wara l-elezzjoni qegħdin inħabbru r-rebbieħa tal-kompetizzjoni għall-Heritage Park ta’ Haġar Qim u Imnajdra juri kemm dan il-Gvern qiegħed jieħu bis-serjeta’ ir-responsabbilita’ li jisfrutta l-opportunitajiet ta’ fondi mill-U.E. 

Il-proġett ta’ Hertage Park f’Ħaġar Qim huwa wieħed mill-ftit żviluppi għall-ħarsien tal-wirt kulturali li kienu ndikati bħala proġetti li jistgħu jibbenefikaw minn fondi strutturali ta’ Unjoni Ewropea.  

Kienet ittieħdet id-deċiżjoni li ssir kompetizzjoni internazzjonali bl-għan li dawn it-tempji jingħataw l-għola profil u attenzjoni sabiex ikunu attirati l-aqwa talenti u esperti u sabiex il-Gvern ikollu numru ta’ proposti ta’ livell għoli dwar kif jista’ jsir l-iżvilupp. 

Il-proġett huwa delikat għaliex jitlob mid-diżinjaturi proposti dwar kif jistgħu jitgħattew it-tempji, liema xogħol huwa kontroversjali u jitlob reqqa kbira fl-eżekuzzjoni tiegħu. Mill-bidu nett tal-proċess ħsibna wkoll li nħarsu lejn it-twettieq tiegħu bħala xi ħaġa li tista’ sseħħ f’fażijiet differenti. Fil-fatt il-proċess jinkludi kemm il-bini ta’ ċentru għall-viżitaturi, landscaping u mezzi ta’ komunikazzjoni bejn partijiet differenti tal-park; u l-proposti għat-tisfiq.  

Aspett ieħor li konna ħadna ħsieb kienet is-sottomissjoni ta’ proġett biex isiru studji xjentifiċi tat-tempji u l-ambjent ta’ madwarhom qabel ma jinbeda l-proġett. Għal dan l-għan kienu nkisbu madwar €200,000 pre-accession funds mill-Unjoni Ewropea. 

Hija l-intenzjoni tal-Gvern li issa li d-diżinn rebbieħ ikun magħruf, jibdew isiru l-pjanijiet dwar liema komponenti mill-proġett ser jintgħażlu biex jinbeda ix-xogħol minnufih. Fil-budget ta’ din is-sena diġa’ hemm ivvutati flus biex jinbeda dan il-proġett. 

Il-kompetizzjoni kienet saret taħt l-awspiċji tal-UNESCO u l-UIA. Dan jassikura proċeduri ta’ l-akbar serjeta’ u rettezza li minnu nnifsu jiżgura li l-aqwa ismijiet f’dan il-kamp ikunu attirati. Ir-rispons li kien hemm fuq il-kompetizzjoni huwa wieħed ikkunsidrat tajjeb ħafna. Fil-fatt, madwar 50% minn dawk li esprimew interess f’din il-kompetizzjoni issottomettew id-diżinji tagħhom. Dan huwa meqjus bħala proporzjon tajjeb ħafna.

DOI -  03.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow