Left arrow Mur Lura

L-EWWEL ANNIVERSARJU MILL-FTUĦ TAĊ-ĊENTRU NAZZJONALI TAL-KURRIKULU

PR67
Date Icon 23/01/2004

‘Irridu nerġgħu nibdew nirrevedu d-dokument tal-Kurrikulu Nazzjonali li issa ilu magħna erba’ snin, biex filwaqt li nkomplu naġġornawħ u ntejjbuħ, ikun jirrifletti ir-realtajiet li qed niffaċċjaw illum u l-isfidi li għandna għaż-żmien li ġej”. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor. Louis Galea fl-okkażjoni ta’ l-ewwel anniversarju mill-ftuħ taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu (National Curriculum Centre- NCC).  

Il-Ministru Louis Galea tenna li l-edukaturi huma responsabbli mir-riżorsa umana ta’ ftit snin oħra u għalhekk f’dak kollu li jsir fl-iskejjel irid ikun hemm ir-rabta mar-realtajiet li se jiffaċċjaw dawn l-istudenti meta joħorġu mill-iskola.  Il-kurrikulu qed iġib miegħu bidliet u riformi mportanti u għalkemm għad fadal x’isir biex il-mentalita’ u l-kultura fl-iskejjel tkun aktar pro-attiva fit-twettieq tal-kurrikulu. Il-parti l-kbira tal-pajjiż illum titkellem u taġixxi b’mod pożittiv fuq l-istess ideat li fuqhom hu mibni il-kurrikulu.  Il-Ministru wissa li jekk l-iskejjel ta’ l-iStat, Indipendenti u tal-Knisja ma jimpenjawx ruħhom b’aktar urġenza u fatti biex jaġġornaw u jtejjbu l-kwalita’ tat-tagħlim, hemm ir-riskju li l-iskejjel jinqatghu mill-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż.  

Iċ-ċentru kien inawgurat fit-22 ta’ Jannar 2003 mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Louis Galea.  Dan iċ-Ċentru qed iservi bħala ċ-Ċentru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu li twaqqaf f’Marzu ta’ l-2001 bħala parti mill-proċess ta’ riforma li ġab miegħu l-Kurrikulu Nazzjonali l-Ġdid.   

Il-Kunsill Nazzjonali dwar il-Kurrikulu hu magħamul mill-imsieħba kollha li għandhom interess fit-tmexxija tal-qasam edukattiv f-pajjiżna.  L-iskop tal-Kunsill hu li jigwida, jissorvelja u jwieżen it-twettieq tal-Kurrikulu Nazzjonali.  Dmir il-Kunsill hu wkoll li jevalwa u jivverifika l-kwalità u l-istandards ta’ l-edukazzjoni fl-iskejjel Maltin u Għawdxin bejn it-3 u s-16-il sena.  

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal Kurrikulu li jinsab fil-bini ta’ l-iskola sekondarja tal-bniet, Maria Assumpta, il-Hamrun għandu fost l-oħrajn dawn il-faċilitajiet:

·        ‘Foyer’ li jaghti servizz ta’ informazzjoni u direzzjoni  lil dawk kollha li jżuru ċ-Ċentru għal xi raġuni jew oħra;  

·        Kmamar attrezzati bl-aktar faċilitajiet moderni għal laqgħat, seminars, preżentazzjonijiet, diskussjonijiet u attivitajiet oħra.  Dawn il-kmamar qed jintużaw mill-Kunsill innifsu u minn uħud ta’ ‘focus groups’;  

·        Librerija multmedjali mgħammra b’faċilitajiet moderni;  

·        Kmamar ‘multi-purpose’ li jistgħu jiġu wżati kemm bħala swali kif ukoll bħala ‘workshops’;

  ·        ‘Workshops’ attrezzati sew fejn gruppi ta’ għalliema, esperti kurrikulari u tekniċi jistgħu jsibu dak kollu meħtieġ għall-iżvilupp tal-kurrikulu ta’ l-iskejjel u għall-produzzjoni ta’ riżorsi edukattivi;  

Il-post hu kompletament aċċessibli għall-persuni b’diżabilità.  Eventwalment hu maħsub li jinbena sular iehor, parkegg u jsir proġett ta’ ‘landscaping’.   

Fost dawk li ibbenefikaw mill-NCC matul din is-sena nsibu:  

·        Id-Dipartimenti kollha tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’diversi okkażjonijiet: meetings għall-kapijiet u assistenti-kapijiet  ta’ skejjel, uffiċjali edukattivi, meetings internazzjonali fuq proġetti kurrikulari bħal ‘networking’ u oħrajn

·        Sessjonijiet ta’ żvilupp professjonali minn diversi skejjel, primarji u sekondarji, fosthom l-Iskola tal-Wardija għal studenti bi htiġijiet speċjali;

·        ‘Il-Literacy Group’ li jiltaqa’ regolarment;

·        l-animaturi tal-progett: ‘Let me learn’;

·        Peripatetic teachers;

·        Id-Dipartiment tas-Saħħa flimkien mas-sezzjoni PSD;

·        Sezzjoni ta’ l-ICT tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni;  

Barra minn hekk:

·        Hu l-post fejn jiltaqa’ regolarment il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu;

·        L-NCC serva ħafna ghall-laqgħat tal-Focus Groups;

·        Saru u għadhom għaddejjin diversi korsijiet mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) fosthom il-Klabb Kittieba Żgħar, kull nhar ta’ Sibt;

·        Bħalissa għaddej ukoll kors ta’ filgħaxija organizzat mill-‘focus group’ Schools as Community Learning Centres;  

Fl-okkażjoni ta’ l-ewwel sena mill-ftuħ taċ-Ċentru fuq idea ta’ Ms Mary Vella, ex-direttur u ex-chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu, ser tinkixef skultura murali maħduma minn tmint itfal minn tmien skejjel differenti, sew statali kif ukoll privati, taħt il-gwida taċ-ċeramista-għalliema, Ms Sina Farrugia.  L-NCC huwa fdat f’idejn is-Sur Frank Gatt, Ass. Direttur fuq it-taħriġ u żvilupp ta’ l-istaff fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow