Left arrow Go Back

MALTA TIPPARTEĊIPA FL-INTERNATIONAL OLYMPIAD FOR INFORMATICS (IOI) - JINTLAĦAQ QBIL MAL-MICROSOFT GĦAL FTEHIM IEĦOR

PR667
Date Icon 29/04/2004

Malta m’hux biss għaddiet lil Slovenja, il-Latvija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Litwanja, Slovakkja u l-Polonja, imma għaddiet ukoll lill-Belġju, l-Irlanda, lil Spanja, lill-Italja, lill-Portugal u lill-Greċja.

Ir-riżultati qed jidhru u kull ma jmur qed noqorbu l-mira tagħna li nkunu l-aqwa fost l-aħjar. Sforz ieħor f’dan il-qasam se jimmaterjalizza fil-koperazzjoni tagħna mal-Microsoft.

Fil-fatt il-Ministru Austin Gatt ħabbar li ġew konklużi b’suċċess it-taħdidiet għat-tieni ftehim ta’ koperazzjoni bejn Microsoft u Malta. Dettalji dwar dan il-ftehim mistennija li jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Sadanittant l-eliminatorji għall-IOI ser isiru fl-MCAST nhar il-25 ta’ Ġunju u r-rebbieħa ser jingħataw taħriġ speċjalizzat qabel jintbagħtu l-Greċja għall-Olimpijadi ta’ bejn il-11 u t-18 ta’ Settembru. Din il-kompetizzjoni hija immirata għal studenti li għandhom inqas minn 20 sena, u l-applikazzjonijiet huma aċċessibli fuq www.miti.gov.mt sal-21 ta’ Mejju 2004.

DOI – 29.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow