Left arrow Go Back

SE JINHATAR KUMITAT LI JIKKORDINA S-SORVELJANZA FIS-SUQ SABIEX IKUN AĊĊERTAT LI R-REGOLI TAS-SUQ KIF REGOLATI MILL-UNJONI EWROPEA JKUNU MĦARSA

PR664
Date Icon 29/04/2004

SE JINHATAR KUMITAT LI JIKKORDINA S-SORVELJANZA FIS-SUQ SABIEX IKUN AĊĊERTAT LI R-REGOLI TAS-SUQ KIF REGOLATI MILL-UNJONI EWROPEA JKUNU MĦARSA


F’suq li jirrispetta l-moviment ħieles ta’ prodotti, d-drittijiet tal-konsumatur u l-assigurazzjoni ta’ l-effiċjenza u t-tnaqqis ta’ burokrazija fil-proċeduri li jirregolaw il-kummerċ, ser ikunu priorita’ fil-ħidma tal-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, Edwin Vassallo qal li : "Mir-responsabbilita’ politika tiegħi qed nara li l-proċeduri li jiggarantixxu d-drittijiet tal-konsumatur, jiġifieri li l-konsumaturi jkunu offruti prodotti safe, nieqsa minn kull periklu għas-saħħa tagħhom, kif ukoll li l-proċeduri lejn l-aktar effiċjenza jkunu l-prattiċi ta’ kull Dipartiment u Awtorita’ li jkunu qed jirregolaw it-trasport ta’ prodotti bejn il-pajiżi ta’ l-Unjoni Ewropea. B’hekk, il-kummerċ f’dan is-suq intern ta’ 25 pajjiż ikun iffaċilitat, u l-konsumatur jibqa’ mħares mill-prodotti li jkunu jistgħu jagħmlulu ħsara, filwaqt li nibqgħu niggarantixxu li t-trasportazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi Ewropej, ikunu l-aktar proċeduri effiċjenti u neqsin minn kull burokrazija żejda.”

Għal dan il-għan ser titkompla l-ħidma b’sinerġija bejn id-Dipartimenti kkonċernati sabiex naraw li s-sorveljanza fis-suq tkun ipprattikata. B’din il-ħidma ser jibbenefikaw minnha kemm id-Dipartimenti nvoluti fl-implimentazzjoni tar-regoli li jirregolaw is-suq, kif ukoll l-istess imprendituri li jkunu nvoluti fit-trasportazzjoni ta’ prodotti mill-pajjiżi Ewropej.

Edwin Vassallo kompla li “Ser inkomplu nżommu konsultazzjoni mas-settur kummerċjali biex kontinwament bħala Gvern inkunu konxji ta’ x’diffikultajiet qed jiltaqgħu magħhom. Din il-ħidma għandha tara li kemm it-tranżizzjoni tal-proċeduri minn kif inhuma magħrufa llum, għal kif ser ikunu mplimentati wara l-ewwel ta’ Mejju, tkun tranżizzjoni mill-aktar faċli u nieqsa minn kull burokrazija żejda. U hekk igawdi l-konsumatur kif ukoll l-imprenditur li qiegħed fin-negozju.

Għal dan il-għan id-Dipartiment responsabbli mis-sorveljanza tas-Suq ippubblika lista tad-Dipartimenti u Awtoritajiet kollha kkonċernati bl-ismijiet u n-numri tat-telephone tal-contact personsli ser ikunu disponibbli biex jagħtu nformazzjoni relevanti lejn is-settur li jirregolha. Kemm-il darba mprenditur ikollu xi diffikulta’, fejn jaħseb li mhux qieghed jinghata l-informazzjoni mixtieqa minnhu, qed jintalab li jirrapporta lill-iSmall Business and Crafts Directorate fuq in-numru tat-telephone 21 226688

.../...

DOI – 29.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow