Left arrow Mur Lura

INTERESS KBIR MILL-ISKEJJEL GĦALL-INIZJATTIVA EKOSKOLA

PR65
Date Icon 22/01/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea dalghodu attenda ghall-ftuh ta’ seminar ta’ ġurnata, organizzat għall-iskejjel kollha li din is-sena wrew interess fl-inizjattiva EkoSkola.   

L-inizjattiva li kienet ippruvata b’suċċess f’sitt skejjel matul  is-sena skolastika li għaddiet, tħeġġeġ lill-iskejjel jagħmlu evalwazzjoni tal-livelli ambjentali ta’ l-iskola u jistabbilixxu miri li l-għalliema u tfal iridu jaħdmu biex jiksbu.  Din l-inizjattiva, filwaqt li tgħin biex jitjiebu l-ambjent ta’ l-iskejjel tagħna u tal-pajjiż, jrawwmu fit-tfal imħabba u rispett lejn l-ambjent li fil-futur jiswa għall-pajjiż li jgħixu fih.

L-iniżjattiva bdiet f’sitt skejjel fis-sena skolastika 2002-3; u din is-sena aktar minn 65 skola wrew interess li jipparteċipaw f’din l-inizjattiva.  In-Nature Trust ta’ Malta li qed tieħu ħsieb din l-inizjattiva, iffurmat ‘steering committee’ li hu magħmul minn rappreżentanti tan-Nature Trust, tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u tal-MEPA.  

Bl-iskop li l-iskejjel ikunu aktar infurmati dwar l-inizjattiva u dwar kif għandhom jipparteċipaw f’dal-programm,  ġie organizzat seminar li għalieħ attendew ftit aktar minn 100 għalliem u kap ta’ skola li qed jirrappreżentaw il-65 skola minn Malta u Għawdex, kemm ta’ l-istat kif ukoll privati u tal-Knisja. 

Dawk l-iskejjel li jilħu l-miri stabbiliti jingħataw rikonoxximent mill-Foundation for Environmental Education (FEE), l-organizzazjoni internazzjonali li tikkoordina din l-inizjattiva fid-diversi pajjiżi ta’ l-Ewropa.  Kemm f’pajjiżna kif ukoll f’pajjiżi oħra Ewropej, l-iskejjel ħadmu biex jitnaqqas l-iskart li jiġi iġġenerat fl-iskola kif ukoll biex riżorsi bħad-dawl u l-ilma jintużaw aħjar u b’anqas ħela.    

Il-Ministru Louis Galea qal li anke fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-ambjent, element ewlieni biex naslu hu: l-edukazzjoni.  Hu qal li l-iskejjel tagħna jridu jkunu l-ewwel eżempju ta’ kif wieħed għandu juża l-enerġija u r-riżorsi li għandna bl-aħjar mod u b’mod li nnaqqsu kemm jista jkun l-impatt ambjentali. Il-Ministru qal li l-esperjenza tas-sena li għaddiet kienet waħda pożittiva ħafna speċjalment għal dawk l-iskejjel u l-istudenti li pparteċipaw.  Hu qal li l-interess qawwi li qed juru l-iskejjel din is-sena juri li hemm rieda kollettiva favur l-ambjent u dan jawgura tajjeb għall-futur ta’ pajjiżna.   

Il-Ministru qal li l-EkoSkola toħloq responsabbilta’ fost l-istudenti biex din l-esperjenza tkun tista tiġi estiza fuq livell lokali u fil-komunitajiet li jgħixu fihom, biex ikompli jittejjeb il-livell ta’ għajxien, skond kif imfassal mill-Unjoni Ewropea taħt l-Aġenda 21.   

‘Biex dan jintlaħaq hemm bżonn bidla fil-kultura tagħna u l-iskejjel huma l-ewwel pass biex nagħmlu dan’, kompla jghid il-Ministru. Hu qal li pajjiżna għaddej minn żmien ta’ tibdil kbir u bħala pajjiż irridu niddeċiedu fejn irridu mmorru.  Jekk pajjiżna jrid ikompli jiġbed lejħ investiment u turiżmu, u jkompli jgawdi minn dawn l-industriji, rridu naraw liema huma dawk l-oqsma li għalihom irridu nissieltu biex nattiraw il-ġid lejn pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow