Il-MINISTRU JOHN DALLI JIPPARTECIPA FIL-KUNSILL GHALL-AFFARIJIET GENERALI U RELAZZJONIJIET ESTERNI TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-MINISTRU JOHN DALLI JIPPARTECIPA FIL-KUNSILL GHALL-AFFARIJIET GENERALI U RELAZZJONIJIET ESTERNI TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ Investiment, l-Onor. John Dalli ippartecipa fil-Kunsill ghall-Affarijiet Generali u Relazzjonijiet Esterni (GAERC) ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu.
Id-diskussjonijiet kienu primarjament dwar Cipru fejn il-Kunsill wera d-dispjacir tieghu ghal fatt li parti biss minn Cipru ser tkun tista’ ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Madankollu l-Kunsill esprima d-determinazzjoni tieghu sabiex itemm l-izolament li tinsab fih il-komunita’ Turkija f’Cipru billi jinkoraggixxi l-izvilupp ekonomiku.
Saret diskussjoni wkoll dwar is-sitwazzjoni fil-Kosovo u l-applikazzjoni tal-Kroazja biex issir membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Barra minhekk kien diskuss ukoll il-Process ta’ Paci fil-Lvant Nofsani kif ukoll ir-relazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ l-Afrika.
DOI – 28.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en