IKTAR KOTBA GĦAL-LIBRERIJI T’GHAWDEX
IKTAR KOTBA GĦAL-LIBRERIJI T’GHAWDEX
Il-Jum Dinji tal-Ktieb imniedi mill-UNESCO u d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ġew mfakkra fil-Biblioteka ta’ Għawdex permezz ta’ wirja ta’ kotba dwar l-Unjoni Ewropea. Fl-istess okkażjoni, l-aġent kap taċ-Ċentru Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea (MIC) ippreżenta għadd kbir ta’ publikazzjonijiet taċ-ċentru lil-libreriji.
Il-Libreriji t’Għawdex jinkludu l-Biblijoteka, il-Gozo Lending Library kif ukoll il-Branch Libraries fl-irħula.
B’dan l-akkwist ta’ iktar publikazzjonijiet, il-kollezzjoni tal-Libreriji Pubbliċi t’Għawdex kompliet tikber b’kotba mill-iktar varji u neċessarji għall-istudent u l-poplu Għawdxi.
F’diskors qasir ta’ l-okkażjoni, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-importanza tal-qari u ta’ servizz adegwat ta’ support għal min ikun qed jagħmel riċerka filwaqt li rringrazzjat lill-istaff kollu tal-Libreriji Pubbliċi t’Għawdex ta’ l-impenn kontinwu tagħhom biex il-Libreriji tal-gżira jkomplu jagħtu servizz mill-iktar effiċjenti u personalizzat. Fil-fatt is-self ta’ kotba mill-libreriji f’Għawdex fis-sena 2003 wera żieda ta’ ’l fuq minn 18,500 fuq is-sena ta’ qabel.
Preżenti għal din l-attivita` kien hemm is-Sur George Borg, uffiċjal inkarigat mill-Libreriji Pubbliċi t’Għawdex flimkien ma’ l-istaff tal-Libreriji, kif ukoll is-Sur Carmel Attard agent kap taċ-Ċentru Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea.
DOI - 27.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en