Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-BDIEWA GĦAWDXIN DWAR L-ISKEMI TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-QASAM AGRIKOLU

PR638
Date Icon 27/04/2004

LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-BDIEWA GĦAWDXIN DWAR L-ISKEMI TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-QASAM AGRIKOLU

Id-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jorganizza laqgħa ta’ informazzjoni għall-bdiewa Għawdxin fejn ser jiġu spjegati d-diversi skemi ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti.

Din il-laqgħa ser tinżamm fis-Sala Guże’ Micallef, fil-Farm Sperimentali fix-Xewkija, Għawdex nhar il-Ħadd, 2 ta’ Mejju fid-9.00 a.m.

Ser ikun hemm uffiċjali li jispjegaw l-iskemi u jirrispondu għall-mistoqsijiet li jsiru mill-bdiewa.

L-iskemi ta’ għajnuna finanzjarja huma għal:

  • Qmugħ, cereali u magħlef ieħor, u għajnuna fuq ir-raba’ mistrieħ
  • Frott u ħxejjex
  • Tadam u frott għall-ipprocessar
  • Patata
  • Żebbuġ
  • Għajnuna għar-restawr ta’ ħitan tas-sejjiegħ ta’ lqugħ
  • Taħwil, ristrutturar u għajnuna addizzjonali fuq dwieli
  • Għajnuna fuq speci awtoktoni (eż. is-siġar tal-ballut u l-gendus Malti)
  • Biedja organika
  • Għajnuna fuq żoni żvantaġġjati u
  • Għajnuna għall-bdiewa reġistrati full time

Il-bidwi japplika għal dawn l-iskemi kollha f’applikazzjoni waħda. Din hija sistema semplici fejn il-bidwi ma jrid jimla’ ebda formola, imma jiddikjara l-informazzjoni kollha lill-Ufficcjal Inkarigat li jirreġistraha fuq sistema kompjuterizzata. Biex ikun jista’ japplika għal dawn l-iskemi ta’ għajnuna, il-bidwi jrid ikollu r-raba’ tiegħu reġistrat ma’ l-Ufficcju għall-Amministrazzjoni u Kontroll ta’ l-Art Agrikola. F’Għawdex, min għadu ma rreġistrax ir-raba’ li qed jaħdem jista’ jmur jagħmel dan fl-Ufficcju ta’ l-Agrikoltura, fic-Centru Amministrattiv fir-Rabat.

L-applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi ser jintlaqgħu sat-Tnejn 17 ta’ Mejju. Il-bidwi għandu jieħu miegħu l-karta ta’ l-identita’, certifikati ta’ l-IACS (dawk il-pjanti ta’ meta rreġistra l-art agrikola tiegħu), kif ukoll il-ktieb tar-raba’ (jekk reġistrat) u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT (jekk reġistrat).

Skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea, jingħata cans ta’ 25 ġurnata oħra wara d-data ta’ l-egħluq, jiġifieri sal-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, iżda f’dan il-każ, tinqata’ 1% ta’ l-għajnuna li jkun intitolat għaliha l-applikant, għal kull ġurnata tard li ssir l-applikazzjoni.

DOI - 27.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow