IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX IŻŻUR ANZJANA LI GĦALQET 100 SENA
PR622
26/04/2004
IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX IŻŻUR ANZJANA LI GĦALQET 100 SENA
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono żaret lil Grezzja Falzon mill-Qala li ftit ġranet ilu ċċelebrat egħluq il-mitt sena tagħha. L-anzjana hija residenti f’Residenza Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-Onor. Debono wasslitilha l-awguri personali tal-Prim Ministru, l-Onor. Dr Lawrence Gonzi u filwaqt li ferħet lil Grezzja għal egħluq sninha, awguratilha li tkompli tgawdi ħajja twila, taħt il-ħarsien ta’ staff dedikat u li jirrispettaha.
DOI - 26.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en