Left arrow Mur Lura

RISPOSTA TAL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT GHALL-ISTQARRIJA TA’ L-ONOR ATTARD MONTALTO DWAR L-INTERPRINT

PR620
Date Icon 24/04/2004

RISPOSTA TAL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT GHALL-ISTQARRIJA TA’ L-ONOR ATTARD MONTALTO DWAR L-INTERPRINT

B’riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-Onorervoli Attard Montalto dwar it-tmiem ta’ l-impjieg ta’ 15-il ħaddiem mill-kumpannija Interprint, il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment esprima t-tħassib tiegħu għal mod diżonest u partiġġjan illi l-Partit Laburista u l-kelliema tiegħu qegħdin jittrataw il-proċess ta’ ristrutturar li qiegħed imexxi l-Gvern.  

Minbarra li l-istqarrija hija mimlija tixwix u nstigazzjoni għal inkwiet industrijali, l-Onorevoli Attard Montalto qiegħed ukoll – bl-aktar mod irresponsabbli – jgħawweġ il-fatti ta’ dan il-każ:  

  1. M’huwiex minnu li meta nħarġu l-applikazzjonijiet għat-tmiem volontarju ta’ l-impjieg, kien hemm 11-il applikazzjoni. Fil-fatt fl-ewwel sejħa ħadd ma’ applika filwat li fit-tieni sejħa kien hemm żewġ ħaddiema biss li permezz tal-General Workers Union esprimew ix-xewqa tagħhom li japplikaw għal din l-iskema.

Ta’ min issemi wkoll illi l-General Workers Union riedet li l-ħlasijiet marbuta mal-każijiet ta’ dawn iż-żewġ ħaddiema ma jkunx ibbażata fuq dak li hemm miftiehem fil-ftehim kollettiv iżda fuq arranġamenti differenti;  

  1. L-Onorervoli Attard Montalto jimplika wkoll illi ma’ kienx hemm konsultazzjoni effettiva mal-General Workers Union fuq din id-deċiżjoni. Din hija ħrafa oħra għaliex id-diskussjonijet dwar din il-materja bdew f’Jannar 2003 meta l-management  daħal f’diskussjonijiet mal-union dwar il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema;
  1. Il-Ministeru jfakkar ukoll illi fl-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-kumpanija imxiet bl-aktar mod preċiż ma’ dak li jistipula l-ftehim kollettiv li kien innegozzjat u ffirmat mill-istess General Workers Union. Dan il-ftehim jgħid illi t-tmiem ta’ l-impjieg irid isir fuq il-bażi ta’ Last in First Out jiġifieri il-ħaddiema li jintemmilhom l-impjieg (f’dawk is-sezzjonijiet li kellhom ħaddiema żejda) ikunu dawk li daħlu l-aħħar jaħdmu mal-kumpannija.

Jidher li, bħal-bqija tal-Partit Laburista, l-Onorervoli Attard Montalto għandu aġenda ċara li jfixxkel kemm jiflah lill-Gvern fit-twettiq tal-programm tiegħu ta’ ristrutturar. Jidher ukoll illi l-Onorervoli Attard Montalto huwa maħkum mid-deni tal-elezzjonijiet li hu ser jikkontesta għalihom u f’paniku sħiħ m’huwiex jitlef l-opportunita’ li jieħu vantaġġ minn sitwazzjonijet serji fl-ażjendi pubbliċi u jgħawweġ il-fatti għal-skopjiet purament partiġġjani.  


DOI – 24.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow