QBIL DWAR FUTUR SOSTENIBBLI GHALL-PBS
PR619
24/04/2004
| Ġie iffirmat ftehim, li | fi kliem il-Ministru Austin Gatt huwa ftehim li jirrifletti qbil dwar futur sostenibbli għall-PBS. |
| Il-Ministru Gatt elenka | l-erba’ partijiet ewlenin li jagħmlu dan il-ftehim. |
1. Ftehim bejn il-Gvern, il-union u l-management tal-PBS dwar ir-ristrutturar tal-kumpanija u r-redeployment tal-ħaddiema żejda li ma jirtirawx minn jeddhom;
2. Ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-PBS effettiv mil-lum sal-31 ta’ Marzu 2009;
3. Job descriptions tal-pozizzjonijiet il-ġodda fil-kumpanija fejn kulħadd jaf x’inhu xogħolu;
4. Skemi ta’ temmijja volontarja ta’ l-impjieg identiċi għal dawk offruti lill-ex-ħaddiema tat-Tarzni.
| Il-Ministru Gatt spjega | l-aspetti ewlenin tal-ftehim li jinkludul-abbandun ta’ drawwiet antiki u prattiċi tax-xogħol li m’huma miktubin imkien iżda li nġemgħu maż-żmien. Bidla oħra hija l-qbil dwar ir-rwol tal-Management jitlob li dan ma jkunx unionized. Qed naqblu fuq il-proċess li għandu jibda minn nhar it-Tnejn stess għar-ristrutturar tal-kumpanija. Dan jinkludi offerta għall-irtirar kmieni li ser titħallas bl-istess kundizzjonijiet li ngħataw lill-ħaddiema li rtiraw mit-Tarzna;sejħa esterna biex tiġi evalwata mas-sejħa interna (li saret diġà) biexnimpjegaw, Manager News, Manager Programmes, Manager Operations, Manager Corporate Services, u Manager Sales and Marketing. Din il-bidla tinkludi wkoll sejħa interna għall-impjegati attwali tal-PBS biex jimlew il-pożizzjonijiet fil-gradi l-ġodda tal-kumpanija. |
| Il-Ministru | Austin Gatt fisser li l-impjegati żejda li jibqa’ (ma jintgħażlux u ma jirtirawx) ser jiġu assenjati xogħol, jew mal-Gvern stess; jew m’entitajiet tal-Gvern, inklużi Kunsilli Lokali; jew ma’ Public Private Partnership eżistenti jew ġodda; kif ukoll mal-privat fuq bażi volontarja jew wara konsultazzjoni effettiva mal-union. |
| Il-ftehim | kollettiv huwa effettiv sa l-2009. Jiġifieri ftehim ta’ sitt snin li allura jikkontjeni l-infieq f’pagi u benefiċċji għal numru itwal mis-soltu ta’ snin. B’kumpens għall-fatt li minflok għal tlett snin, il-ħaddiema tal-PBS qed jidħlu għal ftehim kollettiv ta’ sitt snin, qed jingħata bonus ta’ darba ta’ Lm120. Intlaħaq qbil dwar flessibilità li l-ħinijiet tax-xogħol ikunu organizzati skond ix-xandir u m’hux fuq bażi ta’ shifts riġidi. B’hekk jitnaqqas ħafna l-bżonn t’overtime. Aspett ieħor huwa li jiġu aboliti in-nofs ta’ nhari fis-sajf għall-impjegati li ma jaħdmux bix-shift. |
| Is-salarji | u l-increments inħadmu pari passu mas-salarji u l-increments ta’ l-impjegati tal-Gvern. Dawk l-impjegati kollha li l-paga bażika tagħhom (85%) hi aktar mill-grad fil-ftehim kollettiv, m’hux ser ikollhom żidiet sakemm il-paga tal-grad tlaħħaq ma’ tagħhom. Tħabbar ukoll li xogħol privat ma’ stazzjonijiet kompetituri hu projbit u jista’ jwassal għat-tkeċċija. Dan apparti proċeduri ġodda, aktar effiċjenti, ta’ dixxiplina. |
| Il-Ministru | Austin Gatt, fisser li l-iffirmar tal-ftheim huwa l-bidu ta’ xogħol iebes għall-management tal-kumpanija biex jimplimenta l-istrutturar u biex ir-riforma ma tibqax fuq il-karta. |
| Il-ftehim ġie iffirmat minn Austin Gatt, Ministru għat-Teknoloġija | ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Michael Mallia, Chairman tal-PBS, Karmenu Vella, Segretarju tat-Taqsima Servizzi u Media General Workers Union, u Ray Libreri, Shop Steward. |
| Il-konferenza | ta’ l-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union , Emanuel Micallef, u mic-Chairperson tal-PBS Michael Mallia. |
| DOI | – 24.04.2004 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en