Left arrow Go Back

QBIL DWAR FUTUR SOSTENIBBLI GHALL-PBS

PR619
Date Icon 24/04/2004
Ġie iffirmat ftehim, lifi kliem il-Ministru Austin Gatt huwa ftehim li jirrifletti qbil dwar futur sostenibbli għall-PBS.
Il-Ministru Gatt elenkal-erba’ partijiet ewlenin li jagħmlu dan il-ftehim.

1.      Ftehim bejn il-Gvern, il-union u l-management tal-PBS dwar ir-ristrutturar tal-kumpanija u r-redeployment tal-ħaddiema żejda li ma jirtirawx minn jeddhom;  

2.      Ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-PBS effettiv mil-lum sal-31 ta’ Marzu 2009;  

3.      Job descriptions tal-pozizzjonijiet il-ġodda fil-kumpanija fejn kulħadd jaf x’inhu xogħolu;  

4.      Skemi ta’ temmijja volontarja ta’ l-impjieg identiċi għal dawk offruti lill-ex-ħaddiema tat-Tarzni.  

Il-Ministru Gatt spjegal-aspetti ewlenin tal-ftehim li jinkludul-abbandun ta’ drawwiet antiki u prattiċi tax-xogħol li m’huma miktubin imkien iżda li nġemgħu maż-żmien. Bidla oħra hija l-qbil dwar ir-rwol tal-Management jitlob li dan ma jkunx unionized. Qed naqblu fuq il-proċess li għandu jibda minn nhar it-Tnejn stess għar-ristrutturar tal-kumpanija. Dan jinkludi offerta għall-irtirar kmieni li ser titħallas bl-istess kundizzjonijiet li ngħataw lill-ħaddiema li rtiraw mit-Tarzna;sejħa esterna biex tiġi evalwata mas-sejħa interna (li saret diġà) biexnimpjegaw, Manager News, Manager Programmes, Manager  Operations, Manager Corporate Services, u Manager Sales and Marketing. Din il-bidla tinkludi wkoll sejħa interna għall-impjegati attwali tal-PBS biex jimlew il-pożizzjonijiet fil-gradi l-ġodda tal-kumpanija.
Il-MinistruAustin Gatt fisser li l-impjegati żejda li jibqa’ (ma jintgħażlux u ma jirtirawx) ser jiġu assenjati xogħol, jew mal-Gvern stess; jew m’entitajiet tal-Gvern, inklużi Kunsilli Lokali; jew ma’ Public Private Partnership eżistenti jew ġodda; kif ukoll mal-privat fuq bażi volontarja jew wara konsultazzjoni effettiva mal-union.
Il-ftehimkollettiv huwa effettiv sa l-2009. Jiġifieri ftehim ta’ sitt snin li allura jikkontjeni l-infieq f’pagi u benefiċċji għal numru itwal mis-soltu ta’ snin. B’kumpens għall-fatt li minflok għal tlett snin, il-ħaddiema tal-PBS qed jidħlu għal ftehim kollettiv ta’ sitt snin, qed jingħata bonus ta’ darba ta’ Lm120. Intlaħaq qbil dwar flessibilità li l-ħinijiet tax-xogħol ikunu organizzati skond ix-xandir u m’hux fuq bażi ta’ shifts riġidi. B’hekk jitnaqqas ħafna l-bżonn t’overtime. Aspett ieħor huwa li jiġu aboliti in-nofs ta’ nhari fis-sajf għall-impjegati li ma jaħdmux bix-shift.
Is-salarjiu l-increments inħadmu pari passu mas-salarji u l-increments ta’ l-impjegati tal-Gvern. Dawk l-impjegati kollha li l-paga bażika tagħhom (85%) hi aktar mill-grad fil-ftehim kollettiv, m’hux ser ikollhom żidiet sakemm il-paga tal-grad tlaħħaq ma’ tagħhom. Tħabbar ukoll li xogħol privat ma’ stazzjonijiet kompetituri hu projbit u jista’ jwassal għat-tkeċċija. Dan apparti proċeduri ġodda, aktar effiċjenti, ta’ dixxiplina.
Il-MinistruAustin Gatt, fisser li l-iffirmar tal-ftheim huwa l-bidu ta’ xogħol iebes għall-management tal-kumpanija biex jimplimenta l-istrutturar u biex ir-riforma ma tibqax fuq il-karta.
Il-ftehim ġie iffirmat minn Austin Gatt, Ministru għat-Teknoloġijata’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Michael Mallia, Chairman tal-PBS, Karmenu Vella, Segretarju tat-Taqsima Servizzi u Media General Workers Union, u Ray Libreri, Shop Steward.
Il-konferenzata’ l-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union , Emanuel Micallef, u mic-Chairperson tal-PBS Michael Mallia.
DOI– 24.04.2004
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow