Left arrow Mur Lura

DISKORS TA’ L-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-FTUĦ TAL-KONFERENZA NAZZJONALI  GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

PR618
Date Icon 24/04/2004

DISKORS TA’ L-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-FTUĦ TAL-KONFERENZA NAZZJONALI  GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI - SAN ĠILJAN - IS-SIBT 24 TA’ APRIL 2004

Sinjuri,  

Huta’ pjaċir għalija li qiegħed hawn illum fl-okkażjoni tat-tnedija ta’ dan il-proċess konsultattiv u parteċipattiv li għandu jwassal għat-tfassil ta’ Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Gżejjer Maltin.
L-isfidali għandna sabiex nindirizzaw fatturi soċjali, ambjentali u ekonomiċi kollha flimkien taħt il-kappa ta’ żvilupp sostenibbli hija waħda stimulanti.  Dan mhux biss għaliex bħala Prim Ministru jien ukoll iċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli, iżda wkoll minħabba l-esperjenza li kelli meta attendejt is-Summit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli li kien sar f’Johannesburg fl-2002.
Dakis-summit enfasizza li l-aġenda ta’ żvilupp sostenibbli ma’ tikkonsistix biss mill-oqsma relatati ma’ l-ambjent, imma hija wkoll aġenda għall-iżvilupp ta’ kwalita` ta’ ħajja aħjar, għaċ-ċittadini ta’ kull pajjiż. Kull pajjiż irid joħloq opportunitajiet ekonomiċi u li jirrendu għall-popolazzjoni tiegħu, mingħajr ma jagħrqu  r-riżorsi naturali tagħhom.  Din hija tagħlima importanti għal pajjiżna wkoll.  Minbarra l-aspett ambjentali, żvilupp sostenibbli għandu jqis ukoll l-isfidi soċjali u ekonomiċi ewlenin li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum.
L-istrateġijali se nfasslu għandha tipproponi miżuri li bil-fatti jindirizzaw is-setturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.  Settur ambjentali li jiġini f’moħħi u li joffri dawn il-possibbilitajiet huwa s-settur ta’ l-iskart.  Politika sostenibbli dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart għandha twassal biex noħolqu mpjiegi ġodda fil-qasam ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart, u noħolqu prodotti u servizzi ġodda li jgħinu lill-poplu biex inaqqas mill-iskart li jkun ġenerat.
Jekkinħarsu minn perspettiva ġeografika, insibu li ż-żona tal-Port il-Kbir tbati minn konċentrazzjoni ta’ problemi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.  F’din iż-żona, minkejja l-wirt storiku, arkitettoniku, ta’ l-arti, u kultura lokali, insibu kwalita` ambjentali nferjuri u sehem anqas fl-ekonomija produttiva ta’ pajjiżna.  B’hekk din iż-żona għandha tingħata attenzjoni akbar fl-istrateġija għall-żvilupp sostenibbli` li se nfasslu.  F’Johanessburg, Malta kienet ippreżentat ir-riġenerazzjoni tal-belt Valletta bħala wieħed mill-miri ta’ sostenibbilta`, u għandna nikkunsidraw li f’din ir-riġenerazzjoni ninkludu ż-żona kollha, u mhux biss il-Belt.  Miżuri ekonomiċi, soċjali u ambjentali għandhom jintużaw flimkien biex intejbu din iż-żona urbana.
Minħabbal-livell ta’ għixien li diġa` ngawdu f’pajjiżna, żvilupp sostenibbli ifisser progress li ma jnaqqarx mill-kwalita` tal-ħajja li ngħixu.  Il-poplu tagħna qed isir dejjem akar konxju mid-dħaħen kaġunati mit-traffiku, mill-ħarsien tal-pajsaġġ, u mill-kwalita` tal-baħar fil-bajjiet tagħna.  Il-poplu hu konxju wkoll dwar saħħtu.  Ħafna minn dawn il-problemi ġew indirizzati permezz ta’ leġislazzjoni ġdida li kienet adottata fil-proċess biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Madanakollu,hemm ukoll xi problemi li minkejja l-isforzi kollha jistgħu jkomplu jikbru.  Bħala eżempju nistgħu nsemmu kif użu akbar ta’ karozzi fit-toroq tagħna jwassal għall-tniġġis akbar.  Dawn huma l-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-pajjiżi l-aktar żviluppati.  Pajjiżna jrid isir aktar effiċjenti fl-użu ta’ servizzi li għandhom effett negattiv fuq il-kwalita` tal-ħajja tagħna, u l-istrateġija li titfassal għandha tħares lejn dan l-aspett.  Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li din l-istrateġija tinħtieġ ħsieb kollettiv.
Minħabbadawn l-implikazzjonijiet, żvilupp sostenibbli huwa opportunita` tad-deheb għal pajjiżna biex nindirizzaw il-problemi b’mod integrat.  L-isfida ewlenija tat-tibdil fil-klima tista’ tkun indirizzata propju b’dan il-mod, fejn is-setturi ta’ l-enerġija u t-trasport, flimkien ma’ ippjanar dwar l-użu ta’ l-art għandhom iwasslu biex jonqos it-tixrid ta’ gassijiet li jagħmlu l-ħsara.
Setturli min-natura tiegħu jaħdem b’mod integrat huwa l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art.  L-art hija l-bażi għall-attivita` ekonomika kbira f’pajjiżna, u l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art għandu jikkordina dawn l-attivitajiet bl-aħjar mod skond strateġija komuni u maqbula.  Din l-istrateġija hija l-Pjan ta’ Struttura li tlesta fl-1990 u li bħalissa qed issir ir-reviżjoni tiegħu.  Seħħew għadd ta’ żviluppi minn dak iż-żmien, fosthom il-bżonn li nippromwovu żvilupp sostenibbli fl-emendi ta’ l-2001 għall-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp.
Il-Pjanta’ Struttura rivedut se jkun ferm importanti fl-istruttura ta’ politika għall-żvilupp sostenibbli.  Dan il-Pjan għandu jsir bi sħab mas-setturi kollha konċernati biex b’hekk ma jsirx dokument li jitlesta u qatt ma jkun implimentat.  L-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tmur lil hemm minn pjan dwar l-użu ta’ l-art iżda għandha sehem importanti x’tagħti biex tinfluwenza l-pjan ta’ struttura.
Mingħandu jfassal l-iżvilupp sostenibbli ?  Dejjem sħaqt li ‘flimkien irridu nibnu l-ġejjieni tagħna’. Jien  għalhekk naqbel li għandu jkun hemm sehem parteċipattiv fit-tfassil tal-politika tal-Gvern u li għandha ssir b’konsultazzjoni ma’ min se jintlaqat u ma’ min se jimplimenta dik il-politika.
Danis-sehem parteċipattiv hu konfermat mill-mod kif twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli li tinkludi fiha rappreżentanti tal-partijiet konċernati bħalma huma n-nisa, għaqdiet mhux governattivi, inklużi dawk taż-żagħżagħ, ambjentali, il-Ministeri u l-Aġenziji tal-Gvern.  Huwa importanti li nużaw ir-riżorsi kollha tal-Kummissjoni u li l-membri jwasslu l-messaġġ fl-organizzazzjonijiet fejn jaħdmu biex b’hekk ikollna l-akbar parteċipazzjoni possibli.
Fuqkollox, l-Istrateġija trid tkun aċċettata mill-pubbliku, u mill-imsieħba ekonomiċi u soċjali.  Għandu jkun hemm konsultazzjoni siewja u estensiva mal-pubbliku u hu ta’ sodisfazzjon għalija li nara li dan il-proċess se jkun jinkludi laqgħat reġjonali u li s-sehem konsultattiv u parteċipattiv qed jingħata importanza kbira mill-Kummissjoni.  Jekk tistaqsi lin-nies dwar l-ambjent issib li ħafna jiddejjqu bl-attitudni ta’ nies oħrajn bħalma hu r-rimi ta’ skart illegali u l-qerda ta’ l-ambjent ta’ madwarna.  L-ambjent ta’ madwarna huwa xhieda ta’ kif aħna bħala poplu nħarsu lejn ir-rwol u r-responsabbilta` tagħna bħala membri ta’ komunita` ikbar minn dik tal-familja immedjata tagħna.  Nittama li l-proċess li għandu jwassal biex titfassal l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli jgħin biex nibdlu l-mod kif inħarsu lejn pajjiżna.
L-appelltiegħi hu li f’din il-Konferenza, filwaqt li kulħadd jagħti l-opinjonijiet tiegħu, għandu wkoll isir sforz kbir biex nifhmu wkoll il-bżonnijiet ta’ l-oħrajn.
Nawgurali din il-Konferenza tkun esperjenza utli għal kull min se jieħu sehem fiha.  Fuq kollox nawgura li l-proċess kollu li se jsir fix-xhur li ġejjin iwassal biex ikollna Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli li jkun tixraq lill-poplu tagħna li qiegħed fuq l-għatba ta’ mument storiku tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Nirringrazzjakommill-ġdid tas-sehem tagħkom.
Grazziħafna,
DOI– 24.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow