Is-segretarjat parlamentari ghall-biedja u sajd jwiegeb lil "l-orizzont
PR615
23/04/2004
B’referenza ghal dak li gie rappurtat fil-gurnal "l-Orizzont" tal-bierah 22 ta’ April, 2004, is-Segretarju Parlamentari ghall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius, qal li huwa importanti li meta wiehed jikteb jghid il-fatti kollha, halli b’hekk il-poplu ikun infurmat sew.
A. Prezzijiet tat-tonn ghal dan l-istagun
| Francis Agius qal li huwa minnhu li l-prezz tat-tonn | varja din is-sena: naqas ghall-esportazzjoni, zdied ghas-suq lokali f'Mejju 2003 u baqa’ invarjat ghas-suq lokali f'Gunju 2003. |
| Il-prezz jikkmandah is-suq. Is-suq internazzjonali | tat-tonn huwa kwazi u esklussivament il-Gappun u dan il-pajjiz ghadu jsofri l-effetti tar-recessjoni. Ma’ dan il-fatt, wiehed jista jzid li kien hemm fornitura ta' tonn is-sena li ghaddiet iktar milli s-suq Gappuniz kien jiflah. Dawn iz-zewg fatturi waslu ghal waqa’ fil-prezz ta' l-esportazzjoni li huwa kostanti fil-Mediterran kollu. |
| Dr. Agius qal li t-tonn fil-bidu ta' l-istagun dejjem | igib prezzijiet ahjar fis-suq u l-kwalita’ tieghu tkun ahjar. Dan ghaliex f'dan ix-xahar ikun ghadu ma bediex, u l-kwantita’ ta' zejt fil-laham tieghu tkun ghada gholja. F'Gunju jinqabad iktar tonn u ghalhekk il-prezz jitbaxxa. Il-kwalita’ tat-tonn tibda’ tonqos lejn l-ahhar ta' dan ix-xahar, ghaliex dan il-hut ibid u l-kwantita’ ta' zejt fil-laham tieghu tibda’ tonqos. Lis-suq Malti dan il-fatt qatt m’ghamillu differenza peress li m’ghandniex l-uzanza li nieklu l-laham tat-tonn nej. |
| Fis-sajd tat-tonn hemm 90 bastiment involut u l-valur | tal-qabda huwa normalment ta' terz tad-dhul totali mill-qabda. |
B. Mizuri godda ghas-sajd
| Hawnhekk l-awtur tal-artikolu fil-gurnal fuq imsemmi, | hawwad ftit zewg affarijiet distinti qal Dr. Agius. Ir-regolamenti li hemm quddiem il-Bord tas-Sajd huma regolamenti li jharsu d-daqs tal-hut u l-irkaptu fost ohrajn. F'dawn ir-regolamenti ma tezistix mizura fuq id-daqs tas-snanar u l-kobor tal-malja tax-xibka. Dawn huma mizuri li qeghdin jigu diskussi fi hdan l-Unjoni Europea u ghalhekk m’humiex inkluzi fir-regolamenti li hemm quddiem il-Bord tas-Sajd. Ir-regolamenti li qed jigu diskussi jirregolaw id-daqs minimu tal-hut li jista jinqabad u mpoggi fis-suq. Dan huwa principju fundamentali sabiex wiehed ihares l-istokk tal-hut u ghalhekk is-sostenibilita’ tas-sajd. |
| Francis Agius sostna li hut maqbud zghir u kmieni, | jissarraf f'nuqqas ta' qabda fil-futur. Dawn il-proposti ghalhekk huma fl-istess interess tas-sajjieda. Dawn il-mizuri m’humiex l-ewwel darba li qed jidhru fir-regolamenti Maltin. Fir-regolamenti l-antiki (L.N. 206/1926) jezistu daqsijiet ghall-hut u l-molluski wkoll. Fost dawn id-daqsijiet li qeghdin jigu diskussi hemm tat-tonn zghir, maghruf ahjar bhala Tunnagg. |
| Il-problema tal-qbid ta' din il-huta izghar minn 6.4 | Kg., tezisti mal-Mediterran kollu. L-origini ta' dan ir-Regolament jinsab fi hdan ir-Rizoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali ghall-Konservazzjoni tat-Tonnijiet ta' l-Atlantiku (ICCAT). Dr. Agius qal li hafna pajjizi tal-Mediterran inkluzi dawk tal-kosta ta' l-Afrika ta' Fuq huma membri ta' l-ICCAT bhal Malta, u ghalhekk huma ukoll ghandhom l-obbligu li ma jaqbdux tunnagg taht is-6.4 Kgs. |
C. Ghaqda tas-Sajjieda Professjonali tal-Mediterran
| Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li qeghdin isiru | sforzi biex titwaqqaf din l-Ghaqda ta' Sajjieda. Huwa mifhum li l-principju huwa li din l-Ghaqda u ghalhekk is-sajjieda tal-Mediterran, jigu nkluzi fil-process tad-decizjonijiet ta' l-imaniggjar tas-sajd. Din l-Ghaqda ghanda tinghata l-opportunita’ biex tippartecipa fil-GFCM (Kummissjoni tas-Sajd Generali tal-Mediterran) li sal-lum ghada fi hdan il-FAO, izda fis-snin li gejjin ghanda ssir awtonoma. Jonqos biss ratifika ta' pajjiz wiehed sabiex il-GFCM tkun tista' ssir awtonoma. Malta ghamlet offerta biex il-Laqgha Stra-ordinarja Generali li ser tiddiskuti l-awtonomija ta' din il-Kummissjoni issir f’Malta, aktarx fix-xahar ta' Lulju ta' din is-sena. |
| Ir-Rapprezentanti ta' Ghaqda tas-sajjieda | Professjonali tal-Mediterran li jkunu gejjin mis-seba’ stati Mediterranji ta' l-Unjoni Ewropea jigifieri: Cipru, Grecja, Franza, Italja, Malta, Slovenja u Spanja, ghandhom jiffurmaw ukoll parti minn mekkanismu iehor fi hdan l-Unjoni Europea. Dawn flimkien ma' amministraturi, xjenzjati u teknici tas-sajd, iridu jiffurmaw ir-Regional Advisory Council tal-Mediterran, li l-Unjoni Ewropea qieghda tintroduci f'dawn iz-zminijiet. Hemm erbgha minn dawn il-Kunsilli Regjonali, tlieta ghal sajd specifiku u dak li semmejna, li ghandu jkopri s-sajd kollu fil-Mediterran. |
| Dr. Agius kompla qal li dan kollu ma jfissirx li | regolamenti bhal dawk ta' daqs minimu tal-hut li bhalissa jinsabu quddiem il-Bord tas-Sajd Malti, ma jiddahlux. Bizzejjed wiehed jghid li regolamenti bhal dawk jezistu f'hafna pajjizi tal-Mediterran bhal Grecja, Franza, Italja, Spanja; izda ukoll fil-Marokk, l-Algerija u t-Tunezija. |
| Huwa minnhu li l-Koperattivi talbu l-appogg | tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari, biex ikomplu jissieltu biex iressqu l-Kwartieri Generali ta' din l-Ghaqda Tas-Sajjieda Professjonali tal-Mediterran lejn xtutna. Jafu ukoll li l-Ministeru huwa dejjem favorevoli ghall-inizjattivi ta' din ix-xorta. Din it-talba ma kienitx tinkludi li l-Ministeru kellu joffri xi ufficini, temm jghid Dr. Agius. |
DOI – 23.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en