Left arrow Mur Lura

IMNIEDI DOKUMENT KONSULTATTIV DWAR STRATEGIJA NAZZJONALI GHAL BROADBAND INTERNET

PR610
Date Icon 23/04/2004
IMNIEDI DOKUMENT KONSULTATTIV DWAR STRATEGIJA NAZZJONALI GHALBROADBAND INTERNET
Illum tnieda dokument konsultattiv, fuq strategija nazzjonali dwar il-'broadbandinternet'. Strategija li fi kliem il-Ministru ghat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u Investiment, Austin Gatt, trid titqies bhala kumplimentari ghall-istrategija nazzjonali dwar it-teknologiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (National ICT Strategy).
'Broadband' hu t-terminu li nuzaw ghat-teknologija tal-komunikazzjonighal servizzi ta' 'data', ilhna u vizwali, li tkun dejjem mixghula u li tippermetti velocità kbira.
Il-Ministru Austin Gatt fisser li l-'broadband' jista' jitqies bhalat-tieni fazi tar-rivoluzzjoni digitali u pass naturali ghal kull pajjiz li jrid li jkollu socjetà u ekonomija ta' l-informazzjoni.
Meta kien qed jindirizza lill-gurnalisti, il-Ministru Gatt spjega lidin l-istrategija, li ghandha twassalna sa' l-2006, ghandha l-ghan li tidentifika x'jimbotta 'l quddiem it-tkabbir ta' l-uzu tal-'broadband'. Fl-istess waqt li tidentifika l-ostakli li jzommuna lura, ghandha tiehu hsieb tidentifika x'azzjonijiet iridu jittiehdu kemm mill-Gvern u s-settur privat f'dan il-kuntest.
Il-Ministru Austin Gatt spjega li fost l-oggettivi li ghandha din l-istrategijahemm li thares lejn l-infrastruttura li ghandha twassal il-'broadband' lill-popolazzjoni kollha Maltija. Tara wkoll li jkun hemm qafas legislattiv li jsostni ambjent kompetittiv biex ikun hemm ghazla ta' mezzi teknologici kif wiehed jitqabbad mal-broadband Internet.
Oggettiv iehor ta' l-istrategija huwa li l-broadband ikun aktaraccessibbli fid-djar u fl-istabbilimenti kummercjali u fl-istess waqt ikun hemm ghajnuna ghall-izvilupp ta' kontenut u servizzi lokali mahsuba ghall-Maltin.
Biex jintlahqu dawn l-oggettivi huwa essenzjali li jkun hemm sforzko-ordinat bejn il-Gvern u l-privat. Il-Ministru Austin Gatt kompla li l-broadband huwa essenzjali ghal diversi fatturi. Fuq livell ta' Gvern, ghandna bzonn il-broadband biex nipprovdu servizzi elettronici avvanzati ta' l-eGovernment, eLearning u eHealth. Dawn it-tip ta' servizzi ma jistghux jinghataw fuq linji konvenzjonali ta' l-Internet.
Fil-kuntest ta' l-ekonomija, l-intraprizi Maltin (hafna minnhom zghar)ghandhom ic-cavetta ghall-kummerc elettroniku. It-teknologija antika tal-'leased line' kienet projbittiva u riservata ghal industriji kbar. Il-broadband jghin l-SMEs Maltin tabilhaqq jibdew japproffittaw mit-teknologija.
Il-broadband jghin ukoll fl-izvilupp socjali, ghax joffri vantaggiwkoll ghat-'teleworking' li jippermettu flessibilità kif isir ix-xoghol. Dan iwassal ghal impjieg aktar 'family-friendly'.

Illum il-Gvern ta bidu ghal perjodu ta' konsultazzjoni dwar dan id-dokument. Il-perjodu ta' konsultazzjoni jintemm fl-14 ta' Mejju 2004. Dan id-dokument jinkiseb minn www.miti.gov.mt.

Ftit statistika dwar il-broadband

Malta 2003:· 30% ta' dawk li juzaw l-Internet, juzaw broadband connection;                     · 17% tad-djar Maltin ghandhom broadband connection;                     · 5.4% tal-popolazzjoni tuza l-broadband.
Medja EU:· 6% tal-popolazzjoni Ewropea tuza l-broadband.

(+dokument pdf. pr0610a)

DOI - 23.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow