Faċilitajiet Ġodda fil-Kulleġġ Santu Wistin
PR608
23/04/2004
| Faċilitajiet | Ġodda fil-Kulleġġ Santu Wistin |
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ | u Impjieg, l-Onor. Louis Galea inawgura faċilitajiet ġodda fil-Kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta. Peress li hija s-sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-iSport, il-Kulleġġ ħaseb biex jagħmel 'face-lift' ġdida tal-faċilitajiet sportivi tiegħu. |
| Saret art u dawl ġdid kif ukoll xogħol | ta' żebgħa. Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq ground 5-a-side bit-turf artifiċjali fuq il-bejt ta' l-istess gym. Sar ukoll investiment f'tagħmir sportiv għall-istudenti biex jgħinhom fis-sillabu tal-Matsec tal-P.E. fis-snin li ġejjin. |
| Proġett iehor huwa l-laboratorju | tal-Kompjuters ġdid. Il-Kulleġġ diġa’ għandu Laboratorju tal-Komputer ieħor bi 30 kompjuter li jintuzaw fil-lezzjonijiet tal-Computer Studies u tal-matematika. Peress li ġie introdott l-I.T. bħala suġġett obbligatorju fil-Kurrikulu tal-Kulleġġ inħass il-bżonn ta' laboratorju ieħor b'30 kompjuter bl-aħħar teknoloġija. |
| Waqt il-ftuħ tal-faċilitajiet, | il-Ministru Galea qal li fil-kulleġġ qed isiru proġetti li jindirizzaw żewġ oqsma importanti, l-isport u t-teknoloġija. Hu qal li dawn l-oqsma, filwaqt li jeħtieġu investiment kapitali sostanzjali, huma oqsma li l-istudenti għandhom bżonn u li japprezzaw ħafna. Il-Gvern ukoll qed iwettaq investiment sostanzjali fl-iskejjel tiegħu, fil-fatt din is-sena se jkun tlesta il-proġett ta’ ‘networking’ fl-iskejjel biex kull kompjuter f’kull skola ikollu l-Internet u l-istudenti jingħataw indirizzi tal-Posta Elettronka biex ikunu jistgħu isiru familjari ma’ l-aktar teknoloġija moderna li teżisti. |
| Fil-qasam sportiv ukoll qed isir | investiment sostanzjali u issa li tlesta l-Masterplan tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) hu mistenni li jibdew numru ta’ proġetti kbar li jinkludi swali multi-użu u faċilitajiet rikreattivi f’diversi skejjel. Sadattant, ir-Rettur tal-Kulleġġ Fr. Alan Scerri qal li l-Kulleġġ jemmen fl-edukazjoni sħiħa ta' l-istudenti tiegħu u din hija prijorita’ assoluta fuq l-aġenda tiegħu. Hu qal li l-kulleġġ jemmen li huwa d-dmir tiegħu li kull student li jattendi l-Kullegg jingħata l-aħjar faċilitajiet possibli biex javvanza fil-mixja edukattiva tiegħu. |
| Il-fondi għal dawn il-faċilitajiet | instabu bl-isforzi kbar tal-Patrijiet Agostinjani, tal-P.T.A. u tal-Ladies Circle li ħadmu bla heda biex jiġbru l-fondi, u l-hidma ta’ l-istudenti ma’ l-għalliema tagħhom biex saru attivitajiet biex jinġabru l-fondi. |
| Il-Kullegg Santu Wistin, li huwa mmexxi | mill-patrijiet Agostinjani tal-Provincja ta' Malta ġie mwaqqaf fl-1848. L-ewwel post kien fil-Belt Valletta ġewwa l-kunvent tal-Patrijiet Agostinjani fi Triq l-Ifran, aktar tard kien trasferit f'Ħal Tarxien u fl-1965 fil-Pieta’, fejn għadu sal-lum. L-iskop ewlieni li għalih twaqqaf kien li jagħti edukazjoni gratwita lil ħafna tfal li kienu neqsin minn edukazzjoni bażika. |
| Nistgħu | ngħidu li hija l-ewwel skola tal-Knisja f'Malta mwaqqfa biex taghti edukazzjoni b'xejn lit-tfal tal-poplu. Il-kumpless li jezisti llum inbena’ fl-1970 u sitt snin ilu ġie miżjud sular mal-blokk ċentrali. In-numru ta' studenti li jattendu jlaħħaq madwar 500 u jiġu minn Malta kollha. L-impjegati u l-ghalliema jlaħħqu madwar 60. |
| Ta’ kull sena l-kulleġġ jiċċelebra | Jum il-Fundatur li taħbat fl-24 ta’ April, il-Konversjoni ta' S. Wistin - li din is-sena tahbat l-1,650 anniversarju tagħha. Kull sena jiġu mistiedna l-ġenituri u ex-studenti li llum huma saċerdoti biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Din is-sena ser iqaddes Fr. Charles Cini li ġie ordnat saċerdot sena ilu. |
DOI – 23.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en