Left arrow Go Back

Faċilitajiet Ġodda fil-Kulleġġ Santu Wistin

PR608
Date Icon 23/04/2004
FaċilitajietĠodda fil-Kulleġġ Santu Wistin
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħu Impjieg, l-Onor. Louis Galea inawgura faċilitajiet ġodda fil-Kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta.  Peress li hija s-sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-iSport, il-Kulleġġ ħaseb biex jagħmel 'face-lift' ġdida tal-faċilitajiet sportivi tiegħu.
Saret art u dawl ġdid kif ukoll xogħolta' żebgħa.  Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq ground 5-a-side bit-turf artifiċjali fuq il-bejt ta' l-istess gym.  Sar ukoll investiment f'tagħmir sportiv għall-istudenti biex jgħinhom fis-sillabu tal-Matsec tal-P.E. fis-snin li ġejjin.
Proġett iehor huwa l-laboratorjutal-Kompjuters ġdid.  Il-Kulleġġ diġa’ għandu Laboratorju tal-Komputer ieħor bi 30 kompjuter li jintuzaw fil-lezzjonijiet tal-Computer Studies u tal-matematika.  Peress li ġie introdott l-I.T. bħala suġġett obbligatorju fil-Kurrikulu tal-Kulleġġ inħass il-bżonn ta' laboratorju ieħor b'30 kompjuter bl-aħħar teknoloġija.
Waqt il-ftuħ tal-faċilitajiet,il-Ministru Galea qal li fil-kulleġġ qed isiru proġetti li jindirizzaw żewġ oqsma importanti, l-isport u t-teknoloġija.  Hu qal li dawn l-oqsma, filwaqt li jeħtieġu investiment kapitali sostanzjali, huma oqsma li l-istudenti għandhom bżonn u li japprezzaw ħafna.  Il-Gvern ukoll qed iwettaq investiment sostanzjali fl-iskejjel tiegħu, fil-fatt din is-sena se jkun tlesta il-proġett ta’ ‘networking’ fl-iskejjel biex kull kompjuter f’kull skola ikollu l-Internet u l-istudenti jingħataw indirizzi tal-Posta Elettronka biex ikunu jistgħu isiru familjari ma’ l-aktar teknoloġija moderna li teżisti.
Fil-qasam sportiv ukoll qed isirinvestiment sostanzjali u issa li tlesta l-Masterplan tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) hu mistenni li jibdew numru ta’ proġetti kbar li jinkludi swali multi-użu u faċilitajiet rikreattivi f’diversi skejjel.  Sadattant, ir-Rettur tal-Kulleġġ Fr. Alan Scerri qal li l-Kulleġġ jemmen fl-edukazjoni sħiħa ta' l-istudenti tiegħu u din hija prijorita’ assoluta fuq l-aġenda tiegħu.  Hu qal li l-kulleġġ jemmen li huwa d-dmir tiegħu li kull student li jattendi l-Kullegg jingħata l-aħjar faċilitajiet possibli biex javvanza fil-mixja edukattiva tiegħu.
Il-fondi għal dawn il-faċilitajietinstabu bl-isforzi kbar tal-Patrijiet Agostinjani, tal-P.T.A. u tal-Ladies Circle li ħadmu bla heda biex jiġbru l-fondi, u l-hidma ta’ l-istudenti ma’ l-għalliema tagħhom biex saru attivitajiet biex jinġabru l-fondi.
Il-Kullegg Santu Wistin, li huwa mmexximill-patrijiet Agostinjani tal-Provincja ta' Malta ġie mwaqqaf fl-1848.  L-ewwel post kien fil-Belt Valletta ġewwa l-kunvent tal-Patrijiet Agostinjani fi Triq l-Ifran, aktar tard kien trasferit f'Ħal Tarxien u fl-1965 fil-Pieta’, fejn għadu sal-lum.  L-iskop ewlieni li għalih twaqqaf kien li jagħti edukazjoni gratwita lil ħafna tfal li kienu neqsin minn edukazzjoni bażika.
Nistgħungħidu li hija l-ewwel skola tal-Knisja f'Malta mwaqqfa biex taghti edukazzjoni b'xejn lit-tfal tal-poplu.  Il-kumpless li jezisti llum inbena’ fl-1970 u sitt snin ilu ġie miżjud sular mal-blokk ċentrali.  In-numru ta' studenti li jattendu jlaħħaq madwar 500 u jiġu minn Malta kollha.  L-impjegati u l-ghalliema jlaħħqu madwar 60.
Ta’ kull sena l-kulleġġ jiċċelebraJum il-Fundatur li taħbat fl-24 ta’ April,  il-Konversjoni ta' S. Wistin - li din is-sena tahbat l-1,650 anniversarju tagħha.  Kull sena jiġu mistiedna l-ġenituri u ex-studenti li llum huma saċerdoti biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.  Din is-sena ser iqaddes Fr. Charles Cini li ġie ordnat saċerdot sena ilu.

DOI – 23.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow