Left arrow Mur Lura

Sorveljanza fis-suq mid-Dwana u Entitajiet oħra responsabbli mir-regolamentazzjoni

PR603
Date Icon 23/04/2004
Sorveljanzafis-suq mid-Dwana u Entitajiet oħra responsabbli mir-regolamentazzjoni
Metakien qed ikellem lil dawk kollha nvoluti fil-qasam tal-kummerc fis-Sala tal-Laqghat f’San Gwann, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, responsabbli ghal qasam tas-self employed,  l-Onor. Edwin Vassallo qal li, wara l-1 ta’ Mejju, 2004, ser ikun hawn sorveljanza fis-suq kemm mid-Dipartiment tad-Dwana, kif ukoll minn entitajiet ohra  li huma responsabbli mir-regolamentazzjoni. Din is-sorveljanza ser taċċerta s-sigurezza tal-konsumatur u b’hekk ma tippermettix li jkollna fis-suq prodotti perikolużi jew ta’ dannu għal min jużahom. Is-Segretarju Parlamentari Vassallo elenka dawn il-punti li hass li huma importanti fit-twettieq tal-kummerc mas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea:

1.         Aktar kummerċ li ser igawdi minnu l-konsumatur.

Permezz ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea,. pajjiżna ser ikun jagħmel parti minn suq intern ta’ 25 pajjiż li ser ikunu qed jifformaw suq wieħed.  Huwa previst li din il-bidla ser twassal biex f’pajjiżna tiżdied kemm il-possibilita’ ta‘ aktar importazzjoni kif ukoll ta’ aktar esportazzjoni.  Dan ifisser li permezz ta’ din il-bidla, l-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna għandha tiżdied b’vantaġġ għall-konsumatur kemm f’dawk li huma prezzijiet, kif ukoll b’għażla aktar mifruxa ta’ prodotti. 

2.         Kompetizzjoni bejn il-bejjiegħa hija mistennija li tkun aktar qalila riżultat ta’ żieda fl-importazzjoni

Għal min qiegħed fin-negozju, l-kompetizzjoni hi mistennija li tiħrax ladarba ħafna mill-burokrazija fil-proċess ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti f’pajjiżna mis-Suq Ewropew li teżisti fil-preżent ser tkun imneħħija.  Ir-riżultat ta’ din iż-żieda fin-negozju u l-kummerċ għandha tkun żieda fil-kompetizzjoni. 

3          Moviment ħieles ta’ prodotti jfisser tneħħija ta’ ħafna mill-burokrazija li għad għandna fil-preżent, kemm għall-proċess t’importazzjoni u dak ta’ esportazzjoni. 

Sħubija fl-Unjoni Ewropea, fost l-oħrajn, tfisser moviment ħieles ta’ prodotti u għalhekk pajjiżna ser jgħaddi minn bidla fil-proċess ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni.  Din il-bidla ser twassal biex titneħħa ħafna mill-burokrazija li għad għandna fil-preżent.  Din it-tneħħija ta’ burokrazija hija mistennija li tiffaċilita aktar il-kummerċ fis-suq intern f’suq li huwa akbar mis-suq Amerikan u Ġappuniż flimkien.  Dan ifisser ukoll li t-trasport ta’ manifattura Maltija u Għawdxija lejn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea ser ikun ukoll iffaċilitat. 

4.         F’hiex ser tikkonsisti t-tneħħija tal-burokrazija fil-proċess ta’ l-importazzjoni kif inhu magħruf illum?

Is-sistematal-liċenzji ta’ l-importazzjoni kif nafuha llum ser tispiċċa u ser tibqa’ biss fuq għażla ristretta ta’ prodotti li ser ikunu mportati minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.  Dwar dan ser tkun ippubblikata Legal Notice li tindika liema huma l-prodotti li għalihom tibqa’ tintalab il-liċenzja ta’ l-importazzjoni.
Il-taxxamagħrufa bħala ‘levy’ m’hijiex ser tibqa’ tintalab fuq prodotti ta’ l-ikel wara l-1 ta’ Mejju 2004.
Għall-prodottimiġjuba minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, l-formola tad-Dwana ta’ l-ASYCUDA ser tinbidel ma’ formola magħrufa bħala d-Dikjarazzjoni Supplimentari, li ser tibda tintuża għall-finijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni u statistika.  Fil-waqt li għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, l-formola ta’ l-ASYCUDA tibqa’ timtela’ kif qed isir fil-preżent.
Għas-sena2004, dawk li jittrasportaw prodotti lejn Malta u Għawdex, u li f’sena ma jaqbzux il-valur ta’ Lm300, huma eżenti milli jimlew iI-formola tad-Dikjarazzjoni Supplimentari.  (Dettalji dwar kif ser tkun qed titħaddem is-sistema tal-ġbir ta’ l-informazzjoni Supplimentari ġiet ippubblikata fil-Gazzeta tal-Gvern fl-avviż numru: 413 ta’ l-20 ta’ April 2004.)
L-ebdaħlas ta’ dazji ma jinġabar minn prodotti li jiġu minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, iżda jibqa’ jinġabar id-dazju minn prodotti mportati minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.
Il-VATfuq prodotti miġjuba mill-Unjoni Ewropea mhux ser tibqa’ tinġabar mid-Dwana qabel ir-rilaxx tal-merkanzija.  Minn naħa l-oħra, dawk il-prodotti li huma importati minn pajjizi barra mill-Unjoni Ewropea, tinġabar il-VAT fuqhom qabel ir-rilaxx tal-merkanzija mid-dwana.  Għall-prodotti miġjuba mill-Unjoni Ewropea, r-rilaxx mid-Dwana huwa immedjat bil-kundizzjoni li d-Dwana tingħata l-formola tad-Dikjarazzjoni Supplimentari.  Iżda d-Dwana jibqagħlha d-dritt li tagħmel ‘random checks’  fuq suspetti li jista’ jkollha.
In-numruta’ l-Awtoritajiet jew Dipartimenti li kienu jitolbu li qabel ir-rilaxx tal-merkanzija mid-Dwana isir kontroll fuq il-prodott impurtat, ser jonqos minn 29 entita’ għall-sitt entitajiet.  Wara l-1 ta’ Mejju, kemm-il darba ma jingħatax Avviż ieħor, dawn l-entitajiet ser ikunu:
Id-Dipartimentta’ l-Agrikultura. Ufficju tal-Port Health Dipartiment tal-Pulizija Forzi Armati ta’ MaltaĊensura L-Awtorita‘ ta’ l-iskwadra ta’ kontra d-droga
(Dinil-proċedura hija rregolata minn Regolament Nru. 10 ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġbir ta’ l-informazzjoni supplimentari li dehret bħala Avviż Nru 413 ippubblikat fil-Gazzeta tal-Gvern fl-20 ta’ April 2004.)

5.         Sabiex tkun iffaċilitata s-sorveljanza tas-suq, ser tkun introdotta sistema ta’ ‘prior notification’ fuq ċertu prodotti.  Din is-sistema ser tkun valida kemm għal prodotti li ser jinġiebu fis-Suq Malti, kif ukoll kull min ser jibgħat prodotti barra minn Malta,  li skond ċerti regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea,  qed ikun mitlub li ċ-ċaqlieq ta’ dawn il-prodotti jkun issorveljat u nnotifikat. 

Minn24 sa 48 siegħa qabel ma jinġiebu annimali ħajjin, pjanti u mediċinali ta’ l-annimali u prodotti oħra ta’ l-annimali, għandu jkun notifikat lid-Dipartiment magħruf bħala Food and Veterinary Regulatory Division, li skond Reg 599 /2004, qed jitolbu li jkunu mgharrfa minn qabel ma jkun inġieb il-prodott.
Minn15-il ġurnata sa 30 ġurnata qabel, skond ir-regolament ta’ l-Unjoni Ewropea (304/2003), kull prodott ta’ kimika u ‘waste’ kif ukoll importazzjoni u esportazzjoni ta’ pestiċidi, għandu jkun notifikat lill-Pesticide Control Board li jagħmel parti mill-MEPA.
SkondAvviz Legali 133 ta’ l-2003, fi tmienja u erbghin (48) siegħa qabel ma jinġieb fis-Suq Malti u Għawdxi, kull prodott ta’ l-ikel, imsajjar jew mhux imsajjar; kull prodott mediċinali u ingredjenti ta’ l-ikel, għandhom jinnotifikaw lill-Port Health.  Dawk in-negozjanti li jixtiequ jimportaw dawn il-prodotti jridu jkunu negozjanti reġistrati (registered traders).
Qabelma jkun mixtri kull prodott li huwa suġġett għar-radjazzjoni, għandu jkun notifikat lir-Radiation Protection Board, u dan skond ir-Regolament 1493/93.

6.   Fuq x’hiex ser jibqa’ jigi mitlub permess ta’ l-importazzjoni għall-prodotti miġjuba mill-Unjoni Ewropa?

Serikun ippubblikat Avviz Legali li jindika l-lista ta’ prodotti li, għal raġunijiet ta’ sigurta’ nazzjonali jew is-saħħa taċ-ċittadini, għalihom ser jibqa’ jkun meħtieġ li, qabel ma jingiebu f’Malta jew f’Għawdex, skond ukoll liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, jkun hemm talba għal permess ta’ l-importazzjoni (liċenzja ta’ l-importazzjoni).
Dawnil-prodotti ser ikunu prodotti ta’ ‘fertilisers’ u ‘detonators’ li biex jidħlu fil-pajjiz hemm bżonn ta’ liċenzja jew permess mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Prodottili b’mod ġenerali huma magħrufa bħala armi ser ikollhom bżonn ta’ liċenzja jew permess mingħand il-Pulizija.
Prodottita’ detergents li jista’ jkollhom ‘borates’ ser ikollhom bżonn ukoll liċenzja jew permess mingħand l-Awtorita’ tar-Riżorsi.

7          Moviment ħieles ta’ prodotti ma jfissirx li f’pajjiżna jista’ jitħalla jinbiegħ kull prodott.  Għalhekk jistgħu jitpoġġew biss fis-suq prodotti li huma ċertifikati siguri għall-użu tal-konsumaturi. 

Moviment ħieles għall-prodotti trasportati jew miġjuba mill-Unjoni Ewropea ma jfissirx li fis-suq tagħna jista’ jinbiegħ kollox, anzi jista’ biss jinbiegħ dak li huwa ċċertifikat bhala li mhux perikoluż għall-użu jew konsum tal-konsumatur.  Għalhekk kull prodott għandu jingħata permess li jinbiegħ fis-suq Malti jew Għawdxi, kemm-il darba jkun prodott iddikjarat bħala kompatibbli ma’ l-istandards ta’ kwalita’.  Dan isir jew permezz tas-CE mark, jew inkella billi jkun prodott li ġie ċċertifikat bħala permessibbli u “safe” għall-użu jew konsum tal-konsumaturi mid-Dipartimenti jew Awtoritajiet lokali li għandhom ir-responsabbilita li jirregolaw iċ-ċirkulazzjoni, l-bejgħ u ż-żamma ta’ prodotti.  Għalhekk id-Dipartimenti u Awtoritajiet li bil-liġijiet u r-regolamenti huma responsabbli li jaraw li fis-suq jitpoġġew għall-bejgħ prodotti li ma jkunux ta’ ħsara għall-konsumatur jew l-ambjent, issa ser ikollhom id-dmir li jaraw li s-suq jibqa’ suq nadif minn kull prodott li jista’ jkun ta’ ħsara għall-konsumatur jew l-ambjent.  Dan ifisser li issa ladarba kull ċaqlieq ta’ prodotti mill-Unjoni Ewropea ser ikun qed jirrispetta d-dritt tal-moviment ħieles, xorta jibqa’ l-obbligu fuq il-bejjiegħ li ma jbieghx dak il-prodott li ma jkollux permess li jbiegħ minħabba d-dannu li jista’ joħloq.  Għalhekk, kull prodott li jkun għall-bejgħ irid ikollu l-approvazzjoni meħtieġa u kull prodott li jitpoġġa għall-bejgħ minkejja xi restrizzjoni, jkollu jitneħħa mis-suq kemm-il darba wkoll jista’ jipprova li jkun ta’ periklu għall-konsumatur.

8          Is-Sorveljanza fuq prodotti fis-suq Malti u Għawdxi ser tkun ikkordinata mill-Market Surveillance Directorate f’sinerġija ma’ diversi Dipartimenti u Awtoritajiet oħra.

Is-sorveljanzafis-suq issa jeħtieġ li tibda ssir mid-Dwana wkoll,  issa li m’hijiex ser tibqa’ biss tieħu ħsieb li tivverifika r-rilaxx tal-merkanzija mid-Dwana, iżda tara li dak li kien iddikjarat li qed jinġieb, huwa preċiżament dak li qed jinbiegħ.  B’hekk id-Dwana tkun qed tara li dak li qed jinbiegħ f’pajjizna huwa dak li ġie mitlub li jidħol f’pajjiżna.  Kull prodott li jkun jehtieg awtorizazzjoni sabiex jiddahhal fil-pajjiz u li jinstab li dahal minghajr din l-awtorizzazzjoni, jkollu jitneħħa mis-suq u ma jibqax tajjeb għall-bejgħ.
Id-Dipartimenttal-Konsumatur ser ikun responsabbli li jara li fis-suq tagħna ma jkunx hawn prodotti bla CE mark jew ċertifikazzjoni oħra simili.  Lanqas ma jista’ jkollna fis-suq prodotti ta’ l-ikel b’expirydate li tkun overdue.  Huwa wkoll id-Dipartiment li ghandhu d-dmir li jiġbor kull prodott li jista’ jkun irrapportat li qed jikkawża ħsara lill-konsumatur.
Id-Dipartimenttas-Saħħa ser ikollu id-dmir tas-sorveljanza fis-suq fuq prodotti ta’ l-ikel.
Il-Pulizijaser ikollha d-dmir li tara li ma jkunx hawn armi għall-bejgħ bla permess.
Id-Dipartimenttal-Veterinarju ser ikun responsabbli mill-annimali ħajjin.
Dwardawn l-entitajiet u r-responsabbilitiajiet tagħhom, il-Market Surveillance Directorate ’l-quddiem ser tippubblika fuljett dwar dawn l-entitajiet u l-funzjoni tagħhom.

9.         Il-kelma ‘importazzjoni’ għal dawk li huma prodotti minn pajjiżi Ewropew ser titbiddel mal-kelma trasportazzjoni.

Ladarba issa is-Suq Intern tagħna mhux ser jibqa’ biss dak ta’ Malta u Għawdex, izda ser isir parti minn Suq Intern ikbar, li fih hemm il-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, ma nistgħux nitkellmu aktar fuq importazzjoni minn pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Issa l-prodotti mhux ser jigu importati mill-Unjoni Ewropea, izda ‘ittrasportati’.  Dan għaliex, bħalma ma nagħmlux distinzjoni bejn trasport bejn Malta u Għawdex, bl-istess mod m’għandux ikun hemm distinzjoni bejn il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea. 

10.       Il-kelma importazzjoni u esportazzjoni ser tibqa’ tintuża biss għall-bejgħ ta’ prodotti għall-pajjiżi oħra li ma humiex parti mill-Unjoni Ewropea

Ladarba Malta u Għawdex jiffurmaw parti mis-Suq Intern kbir ta’ l-Unjoni Ewropea, importazzjoni u esportazzjoni tista’ ssir biss minn u għal pajjizi li huma barra mill-Unjoni Ewropea. 

11.      Tariffa mħallsa fuq prodotti ta’ l-ikel importati.

Fuqprodotti ta’ l-ikel li ser ikunu importati minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropa, kemm-il darba ma jkunux suġġetti għall-kwota kif maħruġa mill-Unjoni Ewropea, ser ikollhom iħallsu tariffa addizzjonli kif imposta mill-Unjoni Ewropea
12Il-ħlas tal-VAT għall-prodotti miġjuba f’Malta jew Għawdex minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea mhux ser jibqa’ jsir aktar fid-Dwana iżda mal-bejgħ tal-prodotti.
Biexdan ikun possibbli l-imprenditur Malti meta jkun qed jixtri minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, jkun mitlub li jagħti lis-sid tan-negozju mingħand min qed jixtri, n-numru tal-VAT li għandu f’Malta jew f’Għawdex bl-ittri MT quddiem in-numru tal-VAT.
13It-tnqqais ta’ burokrazija fil-proċess ta’ trasport ta’ prodotti minn pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea, jfisser li r-responsabbilita’ dwar il-verifika tas-sigurezza tal-prodott issa qed tinxtehet mhux biss fuq l-imprendituri iżda wkoll fuq il-konsumatur u l-entitajiet Governattivi li lkoll ser ikunu responsabbli mis-sorveljanza fis-suq.
L-EntitajietGovernattivi, kif diġa’ ġie spjegat, huma responsabbli mis-sorveljanza tas-suq.  L-imprenditur huwa responsabbli li ma jġibx u jbiegħ prodotti fis-suq Malti li mhux awtorizzat li jbiegħ. Hekk ukoll, il-konsumatur huwa responsabbli li jħares saħħtu billi jara li jixtri l-prodott li huwa ċċertifikat bħala ‘safe’ għall-użu tiegħu u jara li ma jixtrix prodott, oġġett jew annimali li ma jkunx legali li jinxtraw.
DOI – 23.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow