L-ARTI BAROKKA FIR-RINAXXIMENT TA’ PAJJIŻNA
PR601
22/04/2004
| L-ARTI | BAROKKA FIR-RINAXXIMENT TA’ PAJJIŻNA |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-arti Barokka kellha l-bidu tagħha fl-Italja minn fejn inxterdet fl-Ewropa u kienet l-aktar prominenti fil-Ġermanja, Spanja u Franza. L-arti Barokka tkopri l-arkitettura, pittura, teatru u mużika. Il-Ministru kien qed jitkellem waqt it-tnedija tal-‘Baroque Experience’ fit-Teatru Manoel, bħala parti miċ-ċelebrazzjonjiet tas-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. |
| Francis | Zammit Dimech qal li fl-arkitettura Barokka tal-knejjes, il-bini minn barra kien normalment nieqes mit-tiżjin iżda minn ġewwa l-bini kien imżejjen bl-aqwa induraturi bid-deheb u b’irħam ikkulurit li kien iżid fl-effett ta’ proġett majestuż. Il-Ministru Zammit Dimech qal li fost l-aqwa xogħlijiet stil barokk barra pajjiżna hemm il-kolonni li jdawwru Pjazza San Pietru f’Ruma, il-koppla minn ġewwa tal-kappella barokka tas-Santa Sindone f’Turin u s-sala barokka ta’ Palazzo Medici-Riccardi f’Firenze. F’Malta nsibu diversi bini stil barokk fil-belt Valletta u fl-irħula fejn knejjes inbnew b’tali mod li jkunu faċċata t-triq ewlenija u jidhru mil-lokal kollu. Fl-Imdina, wara t-terremot ta’ l-1693, kemm Lorenzo Gafa’ kif ukoll Giovanni Barbara biddlu l-post minn wieħed bi skyline medjovali għal belt Barokka. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-espressjoni sħiħa tal-pittura stil barokk laħqet l-quċċata tagħha b’Michelangelo da Caravaggio li b’semplicita’ diretta u realiżmu apparenti kellu influwenza fi Spanja, l-Olanda u Franza. L-istil ta’ Caravaggio, li esprima rivoluzzjoni mill-pittura klassika, infirex bl-għaġġla madwar l-Ewropa. |
| Francis | Zammit Dimech qal li t-Teatru Barokk kien iżjed marbut mas-xenarju ta’ fuq il-palk milli mal-preżentazzjonijiet. Ix-xenarju kien jinvolvi taħlita ta’ illużjoniżmu u fantasija arkitettonika. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-mużika barrokka kienet tinqasam fi tliet partijiet bl-ewwel fażi tkopri l-aħħar terz tas-Sittax-il Seklu b’mużika ġdida tal-Knisja f’konformita’ mal-kanoni tal-Kunsill ta’ Trento. It-tieni fażi kopriet is-Sbatax-il Seklu kollu, b’forom ġodda ta’ mużika li kienu jinkludu l-opera, is-sonata, il-kantata, il-kunċert u l-oratorio. It-tielet fażi kienet dominata minn Bach u Handel u baqgħet għaddejja sa nofs it-18-il Seklu. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li l-arti Barokka kienet maħsuba li timpressjona bil-kobor tagħha. Din influwenzat bil-kbir lil Inġiniera Militari Ewropej fl-iżvilupp ta’ l-Arkitettura Militari fil-Gżejjer Maltin. Francis Zammit Dimech qal li s-Sittax u s-Sbatax-il Seklu kienu l-perijiodi l-aktar formattivi fil-fortifikazzjoni tal-Gżejjer Maltin, fejn ittieħdu d-deċiżżjonijiet strateġiċi u militari li wasslu għall-bini tal-belt Valletta, li kienet ukoll fortizza. Is-Seklu 18 ra diversi xogħlijiet militari jitlestew. Hu qal li x-xogħlijiet ta’ fortifikazzjonijiet ta’ Malta jirrapreżentaw waħda mill-aqwa kollezzjonijiet ta’ arkitettura militari li tinsab fid-dinja, wirt monumenali li bħalu m’hawnx. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li bis-saħħa ta’ l-Ordni tal-Kavalieri ta’ San Ġwann u l-konnessjonijiet li kellhom ma’ Mexxejja tal-Knisja Kattolika, Rejiet u Prinċpijiet Ewropej, ġew Malta l-aqwa Inġiniera militari li kien hawn f’dawk iż-żminijiet. Dawn kienu jinkludu lil Pietro Paolo Floriani li ddisinja s-swar barra l-Belt fuq in-naħa ta’ l-art, li aktar tard taw kenn lill-popolazzjoni li marret toqgħod fil-lokal li ssemma Floriana wara dan l-inġinier. L-Inġinier Militari Antonio Maurizio Valperga ddisinja l-fortifikazzjonijiet madwar it-tlitt ibliet, magħrufa bħala l-Cottonera Lines. Hu għamel ukoll rapport dwar il-Floriana, l-istess Cottonera Lines u l-Forti Ricasoli. Il-Ministru Zammit Dimech qal li bejn tarf is-Seklu 17 u s-Seklu 18 l-Ordni bdiet tistrieħ fuq is-servizzi ta’ Inġiniera Franċiżi fosthom Sebestien le Prestre de Vauban, Tigne, Mondian u Folard. Hu qal li Charles Francois de Mondian kien l-inġinier residenti ta’ l-Ordni u kien responsabbli għall-aktar perijodu enerġiku u formattiv fl-iżvilupp tal-fortifikazzjonijiet f’Malta. De Mondion iddisinja l-Forti Manoel li hi xhieda tal-kapaċitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija tiegħu. Hu ddisinja wkoll il-Palazz Maġisterjali, Main Gate u Greek’s Gate fl-Imdina. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta kien perijodu ta’ rinaxximent għal pajjiżna. Hu qal li bis-saħħa tagħhom pajjiżna għandu l-aqwa fortifikazzonijiet militari, għandu palazzi, bereġ u knejjes mill-isbaħ. Għandu xogħlijiet ta’ l-arti uniċi, bħal dawk li ħallielna Caravaggio. Il-wirt ta’ żmien il-Kavallieri hu l-glorifikazzjoni ta’ l-arti barrokka fil-kobor kollu tagħha. Hi esperjenza unika ta’ din l-epoka miġbura f’pajjiż żgħir iżda b’ teżori kbar ta’ storja u arti. |
DOI - 22.04.04
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en