Left arrow Mur Lura

ĊELEBRAZZJONIJIET TAD-DĦUL TA’ MALTA FL-UNJONI EWROPEA -KUNCERT MILL-BANDA KRISTU RE

PR591
Date Icon 22/04/2004
Kunċert mill-Banda Kristu ReIl-Ħadd, 25 ta’ April 2004 Pjazza Antoine de Paule, PAOLA.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet Uffiċjalili l-Kumitat Organizzativ ħejja biex ifakkar is-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, is-Soċjeta’ Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule ġiet mistiedna biex ittella’ Kunċert Mużikali mill-Banda Kristu Re, f’Raħal Ġdid nhar il-Ħadd, 25 ta’ April 2004 fit-8.00 ta’ filgħaxija.
Għal dan il-Kunċert, li se jkun taħtil-Patroċinju ta’ l-Onor. Perit Jesmond Mugliett, Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, se tintrama tinda kbira f’nofs il-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali biex kemm il-Bandisti kif ukoll l-udjenza li tkun bilqiegħda jkollhom moħħhom mistrieħ għal kull kundizzjoni ta’ temp.
Minbarra xogħlijiet mużikali ta’ kompożiturimagħrufa bħal ma huma Richard Strauss, Franz Liszt, Charles Chaplin, Kees Vlak u Anthony Chircop, is-Soċjeta’ ikkummisjonat lill-Assistent Surmast Direttur tagħha David Sammut biex jikteb mużika apposta għal din l-okkażjoni speċjali. Tqabbad ukoll il-magħruf kittieb Malti Immanuel Mifsud biex jikteb il-lirika ta’ dan ix-xogħol li se jinstema’ għall-ewwel darba propju fil-Kunċert ta’ nhar il-Ħadd mill-Kantanti Ina Robinich u Aldo Busuttil.
Tagħrif dwar IL-MIXJA –Kompożizzjoni Mużikali ta’ David SammutLirika ta’ Immanuel Mifsud Kantanti – Ina Robinich / Aldo Busuttil
F’din il-kompożizzjoni, il-KompożiturDavid Sammut jinqeda b’erba’ siltiet qosra biex jagħtina stampa xierqa tal-mixja storika li pajjiżna għamel tul il-medda tas-snin:  IL-ĦAKMA; IL-JASAR; IL-ĦELSIEN u HAWN QEGĦDIN.

Il-Ħakma

Din hija l-ewwel silta fejn nisimgħu mużika li fiha bosta temi li jirreferu għall-ħakmiet tal-ġnus fuq pajjiżna; ħakmiet li ma ġabu xejn għajr għaks u għawġ ta’ kull xorta fuq il-gżira ċkejkna li dejjem kellha tbaxxi rasha quddiem is-setgħat barranin.  Nisimgħu mużika b’laqta Għarbija u mottivi minn Marselleise u Rule  Brittania.

Il-Jasar

Fit-tieni silta għandna mużika li torjentana fuq ix-xkiel u t-tbatijiet imġarrbin mill-ġens Malti.  Il-kompożitur jagħmel użu ta’ l-istrumenti tal-perkussjoni biex jenfasizza dawn it-tbatijiet ta’ xejriet intelletwali, emozzjonali u spiritwali.  Ta’ min jgħid ukoll li l-istrumenti tar-ramm jilagħbu wkoll silta essenzjali biex iroddu xeħta robusta.  Ix-xogħol jagħlaq b’fanfarra qasira li tfakkar fir-rebħa fuq l-iskjavitu’. 

Il-ħelsien

B’riħet numru ta’ strumenti hawnhekk nassistu għal silta qasira b’mottivi mill-Innu Malti. Fid-dawl tas-sħubija mal-kontinent tal-ħelsien, iċ-ċittadin Malti Ewropew iseddaq it-tneħħija ta’ kull xkiel mill-moħħ u r-ruħ u jaspira għal kredenzjali li jagħtuh ċittadinanza universali.

Hawn qegħdin

Ix-xogħol kollu jagħlaq b’dinil-ballata li hi s-sies ta’ dan ix-xogħol u tissimbolizza lill-pajjiżna fil-waqt storiku li lkoll qegħdin nassistu għalih għalenija b’entużjażmu.  Minn hawn jitnissel l-isem “Hawn Qegħdin”. B’metafori friski mill-isbaħ u bi kliem imqiegħed f’loku u mirqum mill-poeta Immanuel Mifsud, il-kompożitur jieħu spunti mit-tiswir ta’ l-istorja ta’ art twelidna u ż-żminijiet ta’ għawġ li semmejna qabel.  Minkejja dan, Malta baqgħet miexja ’l quddiem hi u tittama u taspira għall-ġejjieni aħjar li jagħmilna tabilħaqq sħaħ: is-sħubija formali li mhux se tagħmilna sempliċiment ġirien ta’ pajjiżi Ewropej imma se tiggarantilna s-sliem u twettqilna dak kollu li l-gvernijiet Maltin kisbu għalina.
Mużika:David Sammut Lirika:  Immanuel Mifsud Kantanti:- Raġel: Aldo Busuttil   Mara:  Ina Robinich.

DOI – 22.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow