Left arrow Go Back

IL-MINISTRU AUSTIN GATT JINDIRIZZA KONFERENZA TA` L-AĦBARIJIET RIGWARD IL-GOZO CHANNEL CO. LTD

PR585
Date Icon 21/04/2004


Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt illum indirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet rigward il-Gozo Channel Co. Ltd.

Il-Ministru tenna l-impenn tal-Gvern għall-iżvilupp ta’ Għawdex. Sabiex dan jseħħ il-Gvern irid jassigura:

  1. Il-ħtieġa assoluta li jkun hemm trasport regolari bejn iż-żewġ gżejjer;
  2. Li s-servizz ta’ trasport bejn iż-żewġ gżejjer ikun konsistenti u ta’ min joqgħod fuqu;
  3. Li l-vapuri li jintużaw ikunu mgħammra b’livelli ta’ sigurtà u kwalità għolja ta’ servizz;
  4. Li s-servizz għandu jkun frekwenti;
  5. Li għandu jkun hemm sussidju għar-residenti t’Għawdex;
  6. Li għandu jkun hemm sussidju għall-produtturi Għawdxin;
  7. Li għandu jkun hemm tariffi raġjonevoli u ekwi.

Il-Ministru Gatt ta’ rendikont tar-riżultati finanzjarji tal-Gozo Channel mill-1999 sal-lum. Il-Ministru spjega kif fis-snin qabel ġew introdotti l-vapuri l-ġodda, il-Gozo Channel għamlet profitt ta’ Lm571,179 (1999) u Lm299 (2000). Mill-2001 il-Gozo Channel għamlet telf ta’ Lm817,584 (2001), Lm852,616 (2002) u Lm988,554 (2003).

Il-Ministru spjega x’inhuma s-sorsi tal-problemi finanzjarji tal-Gozo Channel li identifika bħala erba’ sorsi ewlenin.

  1. Fl-ewwel lok il-Gozo Channel tissusidja mill-cash flow tagħha s-somma ta’ Lm1.5m kull sena;
  2. L-allokazzjoni ta’ l-ekwipaġġ fuq il-vapuri kif inhu llum m’hux sostenibbli finanzjarjament;
  3. L-iskeda tal-vjaġġi m’għandha l-ebda relazzjoni mal-mod kif inhu allokat l-ekwipaġġ fuq il-vapuri;
  4. Għad hemm fejn jitnaqqsu aktar l-operating costs tal-kumpanija.

Għal dawn ir-raġunijiet il-Gvern qiegħed illum iħabbar disa’ deċiżjonijiet:

  1. Iffirmar ta’ Public Service Obligation Contract ta Lm 1.5 milljun fis-sena li jfisser li b’mod dirett il-Gvern ser ikun kull sena qed iħallas sussidju ta’ Lm1.5m.
  2. Liberallizzazjoni tar-rotta ta’ Sa Maison li ser tissarraf fi tnaqqis ta’ Lm100,000 fis-sena spejjeż għall-Gozo Channel.
  3. Tnaqqis fl-ispejjez operazzjonali li ser inaqqsu l-ispiża ta’ l-operat b’Lm417,000.
  4. Introduzzjoni ta’ skeda aktar efficjenti li ser tnaqqas l-ispiża ta’ l-operat b’Lm117,000.
  5. Il-Gvern iddeċieda wkoll li jsir aġġustament tat-tariffi tal-vjaġġ bejn iż-żewġ gżejjer. L-aġġustament li qed jiġi introdott fl-2004, ser ikun imqassam gradwalment fi tlett żidiet fl-2004, l-2005 u l-2006.
  6. L-aġġustament fit-tarriffi u t-tibdil li se jkun seħħ fl-10 snin bejn l-1996 (qabel iddaħħlu ż-żidiet tal-Gvern immexxi mill-partit Laburista) u l-2006 meta jkunu daħlu ż-żidiet attwali kollha huma dawn:

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow