DISKORS TA’ L-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ZGĦAR U S-SELF-EMPLOYED, WAQT SEMINAR BIT-TITOLU: “MALTA AND THE EUROPEAN PATENT CONVENTION” – SAN ĠILJAN – 20.04.2004
PR576
21/04/2004
| DISKORS TA’ L-ONOR. EDWIN | VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ZGĦAR U S-SELF-EMPLOYED, WAQT SEMINAR BIT-TITOLU: “MALTA AND THE EUROPEAN PATENT CONVENTION” – SAN ĠILJAN – 20.04.2004 |
| Meta f’din il-konferenza | tkellimtu dwar il-proċeduri li ser jintużaw biex jiġu rreġistrati l-patents bl-aktar metodi effiċjenti, żgur li nnutajtu li dak li qed tirreferu għalihom f’din il-konferenza huma l-istess proċeduri li qed jintużaw minn pajiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. |
| Dan ifisser li dawn huma proċeduri li huma maħsuba biex ikomplu jsaħħu | l-istrutturi li permezz tagħhom inkomplu nibnu s-Suq Intern ta’ dak li issa mhux biss huwa s-Suq Intern lokali, iżda t-tisħieħ tas-Suq Intern fuq livell Ewropew. Hekk f’pajjiżna permezz tal-ħidma tagħkom ilkoll, irridu naċċertaw li noffru l-istess servizz, jekk mhux ukoll aħjar, li bħalu diġà qed joffru pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. Din il-ħidma għandha twassal biex il-kompetizzjoni ma tkunx imfixkla u l-kunċett tas-Suq Intern ikun imsaħħaħ. |
| Pajjiżna ma jixtieqx jaqa’ lura u jiena persważ li intom diġà | qegħdin tagħmlu li tistgħu biex kull min jiġi f’pajjiżna biex jagħmel użu mis-servizzi tagħkom ma jarawx differenza minn uffiċċji oħra f’pajjiżi li diġà qegħdin jaqdu l-istess servizz ta’ reġistrazzjoni ta’ patents. |
| Il-fatt | li jkollna armonizzazzjoni ta’ proċeduri legali bejn il-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea jfisser li l-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodotti mmanifatturati, jkunu qed isiru f’suq li llum qed ikun moqdi b’servizz tajjeb u effiċjenti daqs ta’ pajjiżi akbar. Dan huwa l-vantaġġ li qeghdin ngħixu llum permezz ta’ sħubija. Pajjiżna qed joffri servizz kompatibbli ma’ dak ta’ pajjiżi li sa ftit ilu kienu jitqiesu akbar minna. |
| Il-fatt | li sa ftit ilu fil-Competitiveness Council li fih kont preżenti, stajt nara b’liema mpenn, kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Presidenza Irlandiża ħamdu biex ikun konkluż ftehim dwar proċedura iżjed effiċjenti għar-reġistrazzjoni tal-patent, jixhed kemm l-Unjoni Ewropea tagħti importanza lil din il-proċedura u minnha tistenna li l-kompetittività tagħha fuq livell ta’ l-Unjoni tissaħħaħ fuq dak Amerikan u Ġappuniż. Dan l-iżvilupp, il-Kummissjoni ħadmet għalih, biex tara li l-community patent ikun żvilupp kemm bħala kunċett kif ukoll bħala proċedura, biex tara li fil-livell ta’ l-Unjoni l-effiċjenza ta’ reġistrazzjoni tal-patent ikun jirrifletti l-ħeffa li biha rridu naħdmu meta niġġeneraw innovazzjoni. Dan kollu qiegħed isir għaliex illum nistgħu naslu biss għal valur miżjud tal-manifattura, kemm-il darba naslu li nifmhu li l-innovazzjoni hi riżultat ta’ riċerka li trid tkun introdotta fi proċess ta’ manifattura fl-inqas żmien possibbli. |
| Il-proċess | ta’ żvilupp tal-Community Patent ikompli jsaħħaħ id-dimensjoni maħluqa oriġinarjament permezz tal-Munich Convention; iżda tibqa’ tippermetti aktar flessibilità għall-industrijalist li jagħżel b’liema proċess irid jirreġistra l-patent tiegħu. Nista’ ngħid li fid-dibattitu tal-Competitiveness Council il-pajjiżi li jipparteċipaw jagħmlu kull ma jistgħu biex jiggarantixxu li dan il-proċess ikollu l-iżjed effettività u bl-iżjed effiċjenza. |
| Dan | huwa diskors pożittiv dwar il-patent iżda issa rrid nirrifletti fuq ir-realtà tas-suq. Qed nirreferi għall-fatt li sar għandna diversi mprendituri li lanqas jaħsbu kif jiddefendu l-innovazzjoni tagħhom billi jirreġistrawha; u dan għaliex illum bosta huma dawk li jaħsbu li prodott li jkun maħsub u mmanifatturat, ikun immedjatament ikkopjat bi ftit differenza. Dan qed iwassal biex il-patent qed jiġi kkunsidrat bħala proċess li jista’ faċilment jiġi evitat u mhux daqshekk meħtieġ. Kien hemm ukoll min qal li jkun aktar jaqbel li patent tkun irreġistrata f’uffiċċju fl-Amerika milli f’Malta jew pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Nifhem | li dawn huma kollha ħsibijiet li fihom infushom jixhdu li għad għandna min mhux jifhem l-impenn li bih qed nagħmlu ħilitna li jkollna sistema ta’ reġistrazzjoni mill-iżjed effiċjenti. Din l-informazzjoni tagħtina aktar skop għal x’hiex għandna naħdmu biex nassiguraw li kull min huwa interessat, ikollu l-aħjar informazzjoni dwar il-hidma ta’ l-IPO fil-Commerce Division. Minn dan il-ħsieb irrid nasal issa biex nitkellem dwar rapport li jirreferi għal kif Malta tikkompara f’dan is-settur ma’ pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea skond il-kriterji tal-Lisbon Agenda. |
| Dan | ir-rapport jgħid li l-industrija Maltija minn dejjem użat iżjed proċessi u makkinarju mportati, u għalkemm ammont ta’ process re-engineering isir hawn Malta, l-għarfien dwar il-ħtiega li jinħarġu patents għall-prodotti ġodda għadu wieħed riċenti. In-numru ta’ applikazzjonijiet għall-patents f’Malta, meta mqabbel ma’ l-applikazzjonijiet skond kull miljun abitant li jsiru lill-Uffiċċju Ewropew tal-Patents (EPO) u lill-Uffiċċju ta’ l-Istati Uniti tal-Patents (USPTO) minn entitajiet Maltin għadu wieħed baxx meta mqabbel ma’ l-EU 15, għalkemm dan jitqabbel aħjar mal-pajjiżi membri l-ġodda. Dan huwa fattur li juri nuqqas t’għarfien u nnovazzjoni f’Malta, speċjalment meta mqabbel ma’ l-EU 15, għalkemm, l-EU 15 infushom għadhom lura meta mqabbla mal-Ġappun u l-Istati Uniti. Dan x’aktarx li hu riżultat tal-fatt li hemm nuqqas ta’ għajnuna u faċilitajiet istituzzjonali, flimkien mal-fatt li numru ta’ negozji żgħar ibbażati Malta jistrieħu fuq il-parent company barra minn Malta għad-disinn u nnovazzjoni tal-prodotti tagħhom. |


| Source: | FOI Document. The Lisbon indicators: How does Malta compare? 2003 |
| Minn | dan ir-rapport kif ippubblikat mill-FOI fl-2003 jidher li għad għandna sfidi x’negħlbu. Għandna iżjed informazzjoni x’nagħtu. Għad għandna iżjed laqgħat one to one x’norganizzaw. Għad għandna suq x’nissorveljaw sabiex inkunu konxji ta’ x’qed isir u x’jenħtieġ. |
| Din | il-laqgħa ta’ llum hija pass f’din id-direzzjoni. Nawgura li ’l quddiem ikollna aktar okkażjonijiet bħal dawn sabiex l-informazzjoni tibqa’ titqassam li dawk kollha kkonċernati, u dan sabiex ikollna l-aħjar sistema possibbli ta’ reġistrazzjoni ta’ patents. |
DOI – 21.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en