Ktieb Rari u ta’ Valur li Jixhed il-Wirt Għani ta’ Pajjiżna
PR573
21/04/2004
| Ktieb Rari | u ta’ Valur li Jixhed il-Wirt Għani ta’ Pajjiżna |
| Fl-okkażjoni | tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta ippublikat kopji tal-ktieb: “Giuoco d’Arme dei Sovrani e degli Stati d’Europa”. Dan ġie ppreżentat lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, l-Onor. Louis Galea waqt serata ta’ mużika u letteratura li ttellgħat fil-Bibljoteka Nazzjonali stess. Kopji tal-ktieb ser ikunu ppreżentati wkoll lill-24 pajjiż ieħor membri ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Biblioteka | Nazzjonali aktar tard din is-sena ser toħroġ għall-bejgħ numru limitat ta’ kopji ta’ din il-pubblikazzjoni. It-traduzzjoni mill-Franċiż għat-Taljan ta’ dan il-ktieb ta’ Claude-Oronce Finé saret minn Bernardo Giustiniani, u ġie stampat f’Napli fl-1725. Minbarra li dan il-ktieb hu rari ferm, huwa wkoll speċjali għaliex kien iddedikat lill-Granmastru Fra Antonio Manoel de Vilhena, li kien imexxi f’Malta dak iż-żmien. Fil-fatt l-arma tal-Granmastru tinsab mitbugħa fl-ewwel paġna tal-ktieb. |
| Giuoco | d’Arme kif jixhed ismu, jikkonsisti f’logħba bi 52 karta tal-logħob żviluppata fl-1659 mill-Ġiżwita Claude-Oronce Finé (1624-1674), professor f’kulleġġ fil-provinċja ta’ Lyons. Il-logħba araldika serviet għal żewġ skopijiet. Il-kontenut pedagoġiku tagħha kien parti mill-edukazzjoni mogħtija lill-istudenti mill-kulleġġ li kien iħarriġhom ukoll għar-rwol futur tagħhom fis-soċjetà. Fil-fatt l-araldika kienet għodda użata mill-professuri Ġiżwiti fir-relazzjoni tagħhom ma’ l-aristokrazija kemm f’pajjiżhom kif ukoll f’artijiet oħra. |
| Il-logħba | tal-karti kienet użata bħala mezz ta’ edukazzjoni bi ħsieb li tgħaqqad l-għarfien ta’ l-armi ma’ l-istorja u l-ġografija ta’ l-istati Ewropej li kienu jeżistu dak iż-żmien. Is-suċċess tal-logħba kien dovut għall-interess kbir fl-araldika, fatt li jidher ċar mill-għadd kbir ta’ kitbiet fuq is-suġġett maħruġa fl-ewwel snin tar-renju tar-Re Lwiġi XIV u fl-Ewropa fit-tieni nofs tas-seklu sbatax. |
| Il-logħba | li tidher fil-ktieb tinvolvi numru ta’ stati Ewropej, fosthom Malta, li kienu jeżistu fis-sekli sbatax u tmintax u għal din ir-raġuni inħass li jkun xieraq li f’dan iż-żmien meta Malta qed tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jinħareġ facsimile ta’ dan il-ktieb. |
| Il-Ministru | Louis Galea faħħar lill-istaff kollu tal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ din l-inizjattiva, b’mod speċjali lis-Sur Adrian Strickland li ħareġ bl-idea għal dan il-proġett, lil Dr. Philippe Palasi, awtorità fl-araldika, li kiteb l-introduzzjoni għax-xogħol u lill-legaturi u restawraturi professjonali tal-Bibljoteka. Louis Galea qal li il-ktieb mhux biss juri il-wirt għani ta’ pajjiżna iżda hu xhieda wkoll ta’ storja marbuta mal-kontinent Ewropew. Hu qal li hu xieraq li waħda mill-attivitajiet li jimmarkaw id-dħul ta’ Malta fl-UE kella tkun organizzata fil-Bibljoteka Nazzjonali, l-aħħar bini li sar mill-Kavallieri ta’ San Gwann li kienet ghaqda li tiġbor fi ħdanha membri minn familji nobbli ta’ l-istati ewropej. |
DOI – 21.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en