Left arrow Go Back

Ktieb Rari u ta’ Valur li Jixhed il-Wirt Għani ta’ Pajjiżna

PR573
Date Icon 21/04/2004
Ktieb Rariu ta’ Valur li Jixhed il-Wirt Għani ta’ Pajjiżna
Fl-okkażjonitad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta ippublikat kopji tal-ktieb: “Giuoco d’Arme dei Sovrani e degli Stati d’Europa”.  Dan ġie ppreżentat lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, l-Onor. Louis Galea waqt serata ta’ mużika u letteratura li ttellgħat fil-Bibljoteka Nazzjonali stess.  Kopji tal-ktieb ser ikunu ppreżentati wkoll lill-24 pajjiż ieħor membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-BibliotekaNazzjonali aktar tard din is-sena ser toħroġ għall-bejgħ numru limitat ta’ kopji ta’ din il-pubblikazzjoni.  It-traduzzjoni mill-Franċiż għat-Taljan ta’ dan il-ktieb ta’ Claude-Oronce Finé saret minn Bernardo Giustiniani, u ġie stampat f’Napli fl-1725.  Minbarra li dan il-ktieb hu rari ferm, huwa wkoll speċjali għaliex kien iddedikat lill-Granmastru Fra Antonio Manoel de Vilhena, li kien imexxi f’Malta dak iż-żmien.  Fil-fatt l-arma tal-Granmastru tinsab mitbugħa fl-ewwel paġna tal-ktieb.
Giuocod’Arme kif jixhed ismu, jikkonsisti f’logħba bi 52 karta tal-logħob żviluppata fl-1659 mill-Ġiżwita Claude-Oronce Finé (1624-1674), professor f’kulleġġ fil-provinċja ta’ Lyons. Il-logħba araldika serviet għal żewġ skopijiet. Il-kontenut pedagoġiku tagħha kien parti mill-edukazzjoni mogħtija lill-istudenti mill-kulleġġ li kien iħarriġhom ukoll għar-rwol futur tagħhom fis-soċjetà.  Fil-fatt l-araldika kienet għodda użata mill-professuri Ġiżwiti fir-relazzjoni tagħhom ma’ l-aristokrazija kemm f’pajjiżhom kif ukoll f’artijiet oħra.
Il-logħbatal-karti kienet użata bħala mezz ta’ edukazzjoni bi ħsieb li tgħaqqad l-għarfien ta’ l-armi ma’ l-istorja u l-ġografija ta’ l-istati Ewropej li kienu jeżistu dak iż-żmien.  Is-suċċess tal-logħba kien dovut għall-interess kbir fl-araldika, fatt li jidher ċar mill-għadd kbir ta’ kitbiet fuq is-suġġett maħruġa fl-ewwel snin tar-renju tar-Re Lwiġi XIV u fl-Ewropa fit-tieni nofs tas-seklu sbatax.
Il-logħbali tidher fil-ktieb tinvolvi numru ta’ stati Ewropej, fosthom Malta, li kienu jeżistu fis-sekli sbatax u tmintax u għal din ir-raġuni inħass li jkun xieraq li f’dan iż-żmien meta Malta qed tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jinħareġ facsimile ta’ dan il-ktieb.
Il-MinistruLouis Galea faħħar lill-istaff kollu tal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ din l-inizjattiva, b’mod speċjali lis-Sur Adrian Strickland li ħareġ bl-idea għal dan il-proġett, lil Dr. Philippe Palasi, awtorità fl-araldika, li kiteb l-introduzzjoni għax-xogħol u lill-legaturi u restawraturi professjonali tal-Bibljoteka.  Louis Galea qal li il-ktieb mhux biss juri il-wirt għani ta’ pajjiżna iżda hu xhieda wkoll ta’ storja marbuta mal-kontinent Ewropew.  Hu qal li hu xieraq li waħda mill-attivitajiet li jimmarkaw id-dħul ta’ Malta fl-UE kella tkun organizzata fil-Bibljoteka Nazzjonali, l-aħħar bini li sar mill-Kavallieri ta’ San Gwann li kienet ghaqda li tiġbor fi ħdanha membri minn familji nobbli ta’ l-istati ewropej.

DOI – 21.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow