Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TAL-FTUĦ MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED WAQT IL-FOOD MANAGEMENT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-INSTITUTE OF HEALTH AND SAFETY - ST. JULIANS’ – 20 TA’ APRIL 2004

PR567
Date Icon 20/04/2004
SILTIETMID-DISKORS TAL-FTUĦ MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED WAQT IL-FOOD MANAGEMENT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-INSTITUTE OF HEALTH AND SAFETY - ST. JULIANS’ – 20 TA’ APRIL 2004
Il-qofoltas-suġġett tal-laqgħa ta’ llum huwa proċedura magħrufa bħala ‘HACCP’, jiġifieri The Hazard Analysis Critical Control Point System.  Din hija proċedura ta’ kontroll li tintuża tul kwalunkwe operazzjoni ta’ l-ikel.  Il-proċedura hi maħsuba biex tirregola l-operaturi ta’ l-ikel sabiex jassiguraw l-għola standard ta’ iġjene fil-preparazzjoni u bejgħ ta’ prodotti ta’ l-ikel.
Produtturili sa ftit ilu kienu jaħdmu bi ftit sikkatura żgur ser jaħsbu li l-HACCP ser tkun burokrazija żejda, u dan għaliex sa ftit ilu kollox kien għaddej u huma kienu jistgħu jaħdmu, jimmanifatturaw u jbiegħu kif iridu.
Illumdan kollu qed jitbiddel u dak li kien aċċettabbli sa ftit ilu issa ma għadux.  Dan għaliex issa kull min qiegħed jopera bi prodotti ta’ l-ikel ser ikollu jibda jesegwixxi proċedura ta’ kontroll fuq il-proċessi wżati waqt din l-operazzjoni.  Dan qiegħed isir biex tkun żgurata l-għola iġjene.
Għalhekk,dak li jista’ jidher bħala burokrazija żejda faċli wkoll titqies bħala proċedura ta’ responsabbilità minn min qiegħed fil-manifattura ta’ l-ikel.  Din l-insistenza biex jiġi mħares dan l-istandard, biex tkun garantita l-iġjene ta’ l-ikel, toriġina mill-ħtieġa li titħares is-saħħa tal-konsumatur.
Danifisser li dak li faċilment jista’ jitqies bħala burokrazija żejda għal dawk li ser ikunu rregolati minnha, għandha twassal biex f’pajjiżna nassiguraw li kull proċess ta’ manifattura ta’ prodott ta’ l-ikel qed ikun magħmul bi standards u proċeduri li jħarsu l-iġjene u jwasslu biex titħares ukoll is-sigurezza tal-konsumatur.
Dakli huwa dmir burokratiku għal min qiegħed fil-manifattura ta’ l-ikel huwa dritt għall-konsumatur u meta llum il-konsumatur qed ikun aktar konxju ta’ l-iġjene, jkun tajjeb li fuq livell nazzjonali nuru li qed isiru l-isforzi kollha biex nassiguraw li l-livell ta’ l-industrija tagħna qed ikun livell għoli.  B’hekk il-livell ta’ kwalità ta’ prodotti ta’ l-ikel immanifatturati f’pajjiżna, huwa għoli bħal dak ta’ pajjiżi oħra Ewropej.
Tajjebli nsemmu li pajjiżi oħra mhux Ewropej meta jfittxu li jixtru prodotti ta’ l-ikel ifittxu li jassiguraw li kull prodott mixtri jkun manifatturat bil-proċess ta’ kontroll ta’ l-iġjene.  Dan biex jassiguraw li qed jixtru l-aħjar prodott u jħarsu l-konsumaturi f’pajjiżhom.
Fil-fatt,illum deħlin f’suq fejn mhux l-irħas l-aħjar iżda fejn il-kwalità hija l-aktar imfittxija.  Iżjed ma tkun magħrufa l-ħtieġa tal-HACCP, iżjed nistgħu niżviluppaw l-industrija tagħna.  Meta qed nitkellmu dwar il-HACCP qed nitkellmu dwar l-eżerċizzju tar-ristrutturazzjoni kontinwa ta’ l-industrija tal-prodotti ta’ l-ikel tagħna.
Issaladarba dan l-istandard ġie stabbilit, l-HACCP ser tkun dmir li rridu nħarsu.  Il-Gvern għandu l-obbligu li filwaqt li jirregola, jinforza u jissorvelja s-suq għandu wkoll l-obbligu li jara kif in-negozji konċernati jkunu milquta.  Irid jieħu ħsieb l-interess tal-konsumaturi, iżda wkoll l-interess ta’ min qiegħed fin-negozju.
Irridunħarsu l-istandards, iżda wkoll irridu naraw li r-regola għandha tkun ta’ servizz għalina u mhux aħna skjavi tar-regola.  Ix-xewqa tiegħi hija li naraw li jkollna kull negozju li jħares l-istandards tal-HACCP iżda b’sens ta’ responsabbilità ma nixtieqx nara li jkollna negozji magħluqa għaliex ma jkunux laħqu li jibdew jirregolaw il-proċeduri tagħhom ma’ dan l-istandard.  L-ebda Awtorità u Entità regolatorja ma għandha tasal biex tiġġudika u tikkundana u b’hekk tagħlaq in-negozji.
Għalhekknemmen li f’dan iż-żmien ta’ bidla ta’ proċeduri, kemm għal min qiegħed jirregola kif ukoll għal min qed jiġi rregolat, għandu jintlaħaq bilanċ ta’ dmirijiet.  Hawn jagħmel sens id-dmir kollettv li nsaħħu l-istrutturi tas-Suq Intern.
Danl-oġġettiv għandu jissarraf f’ħidma li ġġib aktar flimkien f’sinerġija dawk l-entitajiet kollha li b’xi mod jew ieħor huma kkunsidrati bħala service providers għal min qiegħed fin-negozju.
Dawn l-entitajiet għandhomhuma wkoll jagħmlu sforz li jifhmu jkejjlu l-effett tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-industrija u l-kummerċ.  Pajjiżna jrid isaħħaħ il-kompetittività tiegħu u mhux idgħajjifha.  Il-Kompetittività ma nsaħħuhiex billi nippermettu kollox jibqa’ għaddej daqs li kieku l-istandards ma jeżistux.
Is-SuqIntern insaħħuħ ukoll kemm-il darba l-entitajiet ikkonċernati jaraw kif jaħdmu fuq dawn it-tlett objettivi ta’ ħidma:

1.  Intejjbu l-kundizzjonijiet tan-negozji
2.  Nissimplifikaw l-ambjent regulatorju
3.  Nipprovdu aktar informazzjoni li tkun l-aħjar għan-negozji 

Metassir din il-ħidma, il-manifattura jkollha aktar valur miżjud, u dan għaliex iżjed ma jkollna manifattura, iżjed ikollna valur miżjud maħluq mill-ekonomija tagħna.  Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mis-self-employed u negozji żgħar, jiena nteressat nara żieda fl-attività kummerċjali, industrijali, kif ukoll fl-attività professjonali ta’ min qiegħed fin-negozju biex joffri konsultazzjoni u taħriġ.
Għalhekknemmen li din il-ħidma biex dawn l-istandards ikun aktar magħrufa u implimentati, irridu naraw kif inxerrdu aktar informazzjoni u tagħrif dwar is-suġġett.  Nawgura suċċess għal-laqgħa ta’ llum sabiex aktar ikunu dawk li jgħarrfu l-ħtieġa li jkunu konformi ma’ dawn l-istandards.
DOI20.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow