Left arrow Mur Lura

L-Aġenzija ta’ Pagament (Paying Agency) ġiet pre-akkreditata mill-Unjoni Ewropea

PR565
Date Icon 20/04/2004
L-Aġenzijata’ Pagament (Paying Agency) ġiet pre-akkreditata mill-Unjoni Ewropea
L-Aġenzijata’ Pagament, li taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ġiet formalment akkreditata u b’hekk se tkun qed tamministra l-għajnuna finanzjarja li tingħata mill-Unjoni Ewropea wara l-1 ta’ Mejju li ġej.
Danifisser li l-bdiewa, raħħala u sajjieda tagħna se jkunu f’pożizzjoni li jibbenefikaw bl-aħjar mod mill-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea.
Bħalmatħabbar fl-aħħar jiem, l-Aġenzija ta’ Pagament kienet pre-akkreditata wara proċess li matulu sar l-awditjar minn kumpannija indipendenti tal-proċeduri amministrattivi u s-sistemi ta’ IT li bihom se tkun qed topera din l-Aġenzija.  Dan l-awditjar ikkonferma li l-istruttura ta’ l-Aġenzija hija konformi mar-regolamenti u l-obbligi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Danhuwa l-aħħar pass minn proċess sħiħ li ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur u li matulu kien hemm okkażjonijiet li matulhom tqanqlu dubji dwar kemm fil-fatt l-istrutturi Maltin se jkunu lesti biex joperaw skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea.  Il-Gvern dejjem qal li l-proċess miexi kif stabbilit fin-negozjati tas-sħubija.
Tajjebikun imfakkar li x-xogħol kollu fuq it-tfassil tas-sistemi ta’ proċedura ta’ l-Aġenzija sar minn ħaddiema Maltin.  Dan ix-xogħol diġa’ qed iħalli l-ewwel effetti pożittivi għaliex Malta saret l-ewwel pajjiż, minn fost il-pajjiżi membri ġodda, li bdiet tilqa’ applikazzjonijiet għal għajnuna, iffinanzjati mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea għal wara s-sħubija u mill-Gvern Malti.  Din l-għajnuna tlaħħaq għal madwar €184 miljuni.
Dinhija konferma oħra li l-Gvern, bil-fatti, qed iħejji l-istrutturi kollha biex pajjiżna jkun jista’ jiffunzjona kif jixraq fir-realta’ ġdida li se ġġib magħha s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.  Dan il-pass effettivament qed ipoġġi l-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin u Għawdxin fuq l-istess livell ma’ sħabhom Ewropej.  B’hekk, tabilħaqq, Malta tista’ tkompli tikber fl-Ewropa.
DOI –20.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow