Regolamenti ġodda li jirregolaw l-użu ta’ żwiemel fit-toroq
PR563
20/04/2004
| Regolamenti | ġodda li jirregolaw l-użu ta’ żwiemel fit-toroq |
| B’referenza | għal xi kummenti fl-istampa u xnigħat li saru dan l-aħħar dwar id-delizzju u sport konness maż-żwiemel, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq jagħmilha ċara li m’għandu ebda ħsieb li jfixkel l-eżerċizzju legali ta’ dan il-delizzju, anzi kien il-Gvern preżenti li investa bil-bosta f’dan is-settur. |
| Il-Gvern | m’għandu ebda proposta quddiemu f’dan ir-rigward; huwa minnu li qed isiru regolamenti minn sotto-kumitat tal-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (Animal Welfare Council) kontra l-moħqrija ta’ l-annimali. Tajjeb li wieħed jgħid li dawn l-ideat inizjali lanqas biss għadu ddiskutihom l-istess Kunsill, li fost il-membri tiegħu hemm żewġ persuni li jirrappreżentaw l-interessi tal-organizzazzjonijiet għall-isports bl-annimali, fosthom mill-Malta Racing Club. |
| Wara | li dawn il-proposti jkunu diskussi u mgħarbla mill-Kunsill, imbagħad l-istess Kunsill irid jgħaddi dawk l-ideat minn proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, u fl-aħħarnett, wara li jeżamina l-konsultazzjoni, jgħaddi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-konsiderazzjoni tal-Gvern, li fl-aħħarnett ikun hu li jiddeċiedi fuq dawn ir-regolamenti. Irid ikun enfasizzat li l-Gvern bl-ebda mod m’hu marbut li jaċċetta bilfors xi ideat jew rakkomandazzjonijiet li jsirulu; u kull deċiżjoni finali mill-Gvern tittieħed biss wara li tkun saret konsultazzjoni wiesa’ mal-partijiet kollha konċernati u dawk interessati. |
| Għaldaqstant, | m’hemm lok għal ebda allarm f’dan l-istadju u l-Gvern iwiegħed li se jkun lest li jisma’ lil kull min se jkollu xi suġġerimenti jew proposti għar-regolamenti l-ġodda. |
| DOI – | 20.04.2004 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en